Ritratt: Dominic Borg
Round Preliminari
Sliema.......................... 14
Marsaskala..................... 8
(3-1, 4-1, 6-3, 1-3)
Sliema kienu ferm b'saħħithom għal Marsaskala u mingħajr wisq tbatija għelbuhom bl-iskor ta' 14-8.
Sliema rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-1 bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Gabarretta (2) u Nicholas Bugelli.
Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għal Marsakala wasal minn Konstantin Averka li wara li kellu penalty salvat bi mill-goalkeeepr tas-Slimiżi Joseph Parnis u mill-azzjoni li segwiet l-istess Averka rnexxielu jitfa' l-ballun fix-xibka.
Sliema rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta' 4-1 b'Jerome Gabarretta (2), Jacob Sciberras u Norbert Hoznyansky jiskorjaw għalihom, waqt li s-solitu Konstantin Averka wieġeb għal Ta' Xbiex.
Is-Slimiżi komplew jiddominaw ukoll fit-tielet sessjoni u rebħuha wkoll din id-darba bl-iskor ta' 6-3 b' Gavril Subotic (3), Nicholas Bugelli, il-captain Mark Meli u Liam Galea jiskorjaw għalihom waqt li Kristijan Milakovic (2) u Konstantin Averka isibu x-xibka għalihom.
Marsasakala wettqu reazzjoni fir-raba' u l-aħħar sessjoni iżda dan kien tard wisq għalihom biex setgħu jsalvaw il-logħba.
Huma rebħu din i-sessjoni bl-iskor ta' 3-1 bi Kristijan Milakovic (2) u Konstantin Averka isibu x-xibka waqt li Norbert Hoznyansky skorja l-uniku goal Slimiż.
Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta (4), 3-Gavril Subotic (3), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Mark Meli (1), 6-Norbert Hoznyansky (2), 7-Michael Spiteri Staines, 8-Liam Galea (1), 9-Benji Cachia, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Miguel Vassallo - Coach: Sergio Afric
Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara, 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Kristijan Milakovic (4), 9-Kosnstantin Averka (4), 10-Jan Culic, 11-Reinhard Attard, 12-Daniel Borg Millo, 13-Max Borg - Coach: Dorian Pisani
Referees: Mirko Schiavo, Ronnie Spiteri
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.