Waterpolo: Faċli għal Sirens kontra Ta’ Xbiex

  • Ġun 26, 2019 20:49
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Round Preliminari

    Sirens........................... 20

    Ta' Xbiex...................... 11

    (4-0, 6-4, 5-2, 5-5)

    Sirens ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Ta' Xbiex bl-iskor kbir ta' 20-11.

    Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-goals jaslu minn Edward Aquilina, John Brownrigg u Christian Presciutti (2).

    Ta' nota huwa l-fatt li f'din is-sessjoni, Valentino Gallo kellu penalty fallut hekk kif ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper ta' Ta' Xbiex Zachary Sciberras.

    It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata bit-team minn San Pawl il-Baħar ikun dejjem hu li jittrijonfa din id-darba bl-iskor ta' 6-4 bl-iskorers għalihom ikunu Edward Aquilina, John Brownrigg, Isaiah Riolo, Marc Grech, Christian Presciutti u l-veteran Paul Privitera. Dan filwaqt li Gareth Blundell u Nenead Kacar (3) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penal­ty.

    Sirens rebħu t-tielet sessjoni wkoll din id-darba bl-iksor ta' 5-2 bl-awturi tal-goals ikunu Marc Grceh. John Brownrigg, Paul Privi­tera, Chritsian Presciutti u Valentino Gallo, b'Nenad Kacar u David Fenech iwieġ­bu għal Ta' Xbiex.

    Fir-raba' u l-aħħar sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet bl-iskor indaqs ta' 5-5 bil-goals għal Sirens jaslu minn Christian Presciutti minn penalty, John Brownrigg, Valentino Gallo (2) u Jerome Zerafa Gregory, filwaqt li David Fenech, Nenead Kacar u Niccola Gatto skorjaw għal Ta' Xbiex.  

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Zerafa Gregory (1), 3-Christian Presciutti (5), 4-Paul Privitera (2), 5-Marc Grech (2), 6-John Brownrigg (4), 7-Isaiah Riolo (1), 8-Valentino Gallo (3), 9-John Napier, 10-Edward Aquilina (2), 11-Luke Caruana, 12-Zion Bartolo, 13-Gianni Galea Curmi - Coach: Sasko Popovski

    Ta' Xbiex: 1-Zachary Sciberras, 2-Raoul Greco, 3-Mark Demarco, 4-Nico Schiavone, 5-Mark Carani, 6-Gareth Blundell (1), 7-David Fenech (2), 8-Niall Saliba, 9-Nenad Kacar (5), 10-Gerald Sammut, 11-Keith Tanti, 12-Niccolo Gitto (3), 13-André Theuma - Coach: Giuseppe Dato

    Referees: Peter Balzan, Stefano Scappini

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0