Inawgurata l-bajja riġenerata tal-Balluta

  • Ġun 26, 2019 20:55
  • Miktub minn iNews
"

    Ġiet miftuħa uffiċjalment għall-pubbliku l-Bajja tal-Balluta bħala parti minn programm ta’ sand renourishment li għaddej bħalissa madwar Malta.

    Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din hi t-tieni bajja wara li ġiet miftuħa uffiċjalment il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa. Bħalissa għaddej l-aħħar xogħol fuq żewġ bajjiet oħra, dawk tal-Għar l-Aħmar f’Marsaxlokk u tal-Fajtata f’Marsaskala.

    Il-Ministru Konrad Mizzi qal li f’din il-bajja partikolari l-Ministeru għat-Turiżmu ma ħareġ l-ebda fondi biex din issir wara li sar qbil bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u lukanda fil-viċinanzi biex il-bajja tiġi ffinanzjata mil-lukanda stess iżda tibqa’ aċċessibbli għall-pubbliku b’mod sħiħ mingħajr ebda konċessjonijiet jew kiri ta’ deckchairs. Spjega li l-proċess użat biex saret din il-bajja kien aktar favur l-ambjent, jagħmel inqas ħsejjes u fi żmien aktar qasir mis-soltu.

    “Il-gvern hu kommess li jtejjeb il-prodott turistiku Malti u li jagħmel aktar bajjiet aċċessibbli speċjalment fix-xhur tas-sajf. Dawn il-bajjiet qed isiru bl-involviment tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi,” ikkonkluda l-Ministru Mizzi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0