Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri jżur il-ħaddiema fil-Buskett waqt il-preparamenti għall-Imnarja

  • Ġun 26, 2019 20:42
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri żar il-preparamenti li qed isiru għall-Imnarja u ltaqa’ mal-ħaddiema. Is-segretarju parlamentari rringrazzja lill-ħaddiema li permezz tal-ħidma tagħhom jagħmlu possibbli li din il-festa tibqa’ tittellgħa kull sena. 

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri sostna li minn sena għal sena qegħdin nieħdu ħsieb li l-Imnarja nkomplu nagħtuha l-importanza li jixirqilha u dejjem naraw kif nistgħu nsaħħuha. Fil-fatt, fakkar kif wara ħafna snin, din is-sena reġgħet kienet organizzata l-ikla tradizzjonali tal-Imnarja fil-Palazz tal-Verdala taħt il-patroċinju tal-President George Vella.

    Il-festa tal-Imnarja hija waħda mill-eqdem festi fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna u ninsab kburin li minn sena għal sena jiġi ċċelebrat dan il-jum flimkien mal-pubbliku fil-Buskett. Minbarra li hija festa b’konnotazzjoni reliġjuża, din hija l-akbar festa agrarja ta’ pajjiżna u għalhekk is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri stqarr li hija, “opportunità sabiħa sabiex ningħaqad mal-eluf li jżuru din il-fiera annwali u nesprimi l-apprezzament tiegħi u tal-Gvern għall-ħidma sfiqa u s-sagrifiċċji tal-komunità agrikola fil-ħidma tagħha matul is-sena”.

    Huwa temm jgħid li, “l-Imnarja tibqa’ ċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-bżulija tal-bdiewa, tar-raħħala u tal-produtturi Maltin u Għawdxin, u bil-ħidma tagħna matul is-sena kollha qegħdin nassiguraw li l-bżulija mhux biss tiġi ċċelebrata iżda ppremjata kif jixraq”.

    Informazzjoni dwar il-Programm tal-Imnarja

    L-attività tal-Imnarja tibda l-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju għal-ħabta ta 18.30 bi sfilata taż-żwiemel armati bil-karettuni li titlaq minn Triq il-Buskett u tibqa’ nieżla lejn il-Ġonna tal-Buskett fejn jingħata bidu lil-attività tal-Imnarja.

    Għall-ħabta tas-19.30 jibda l-programm tal-għana u żfin folkloristiku mtella’ minn Festivals Malta.

    Għat-tieni sena konsekuttiva ser tkun miftuħa il-winery fejn l-uffiċċjali tal-Għammieri ser jispjegaw il-proċess tal-inbid.  Lejlet il-festa, fit-28 ta’ Ġunju bejn 20.00 -23.30, se jkollna wkoll varjetà  minn bands lokali fosthom Xarulu.

    Ħafna jassoċċjaw l-Imnarja ma’ udjenza matura. Imma mhux il-każ. Biżżejjed insemmu l-ammont ta’ annimali li jkun hemm għall-wiri, speċjalment is-Sibt 29 ta’ Ġunju, li fihom infushom huma ta’ attrazzjoni għat-tfal. 

    Din is-sena għall-ewwel darba, fil-picnic area, ser ikun hemm taqsima sħiħa dedikata għat-tfal li tinkludi:

             logħob tradizzjonali Malti,

             kif tagħmel tajra,

             rakkonti bid-djalett u animati,

             maġija bit-tema tal-annimali,

             kif ukoll daqq u għana fuq suġġetti li jixtiequ t-tfal u kbar dak il-ħin.

    It-tfal se jkunu mħeġġa wkoll biex imiddu jdejhom u flimkien jagħmlu pupi taċ-ċraret u oġġetti oħra b’affarijiet li jsibu d-dar, proprju kif kienu jgħamlu dari. Għandha tkun esperjenza sabiħa mhux biss għaċ-ċkejknin imma għall-familja kollha.

    Ma jonqsux id-diversi kompetizzjonijiet tal-annimali, frott u ħaxix lejlet il-festa kif ukoll f’nharha, ikel, xorb u ħelu tradizzjonali Malti, kif ukoll stands ta’ informazzjoni u artiġjanat. 

    Se jkun hemm ukoll żona oħra innovattiva ħdejn l-palk prinċipali mtella’ min-naħa tal-Għammieri li fiha ser ikollha diversi annimali fosthom mogħoż, nagħaġ, għoġġiela ta’ Malta u tal-ħalib, u anka ħmara.

    Ma jonqosx li jkun hemm il-mascot uffiċjali tal-Imnarja, il-Puppina, l-għoġol li twieled ftit xhur ilu ġewwa l-Għammieri.

    Il-qofol tal-attività jintlaħaq is-Sibt 29 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-11.30am, fejn issir il-preżentazzjoni tal-premijiet mill-President George Vella.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0