Deputat imħassba li qed isir tpartit tan-nisa għas-sess

  • Ġun 26, 2019 19:21
  • Miktub minn iNews
"

    Id-deputat parlamentari Claudette Buttigieg wissiet li f'pajjiżna qed isir tpartit ta' nisa bi skop ta' sess u lmentat li pajjiżna mhu jagħmel xejn.

    Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar din il-prattika waqt li fil-Parlament kienet qed titkellem fuq l-abbozz ta' liġi li se jemenda l-kodiċi kriminali dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

    Buttigieg ilmentat ukoll li m'għandnix regolamenti dwar il-'massage parlours' u d-dokumenti juru li dan iwassal għall-prostituzzjoni.

    Hija semmiet kif minn studji li saru f'pajjiżna jirriżulta li ħafna jidħlu fil-prostituzzjoni ta' 18-il sena u jiġu 'groomed' minn meta jkollhom 12-il sena.

    Buttigieg sostniet li ħafna jispiċċaw iqattgħu żmien bla dar u jiġu abbużati sesswalment fejn jispiċċaw qishom oġġett.

    Hija rrakkuntat storja xokkanti li semgħet fejn raġel ġiegħel lil martu tipprostitwixxi lilha nnifisha anke meta kienet tqila għax il-klijenti kienu jagħtuh aktar flus meta tkun f'dan l-istat.

    Din il-mara baqgħet taħdem sal-aħħar tat-tqala u meta waslet biex twelled ma riedx jeħodha l-isptar u spiċċa għamel dan klijent.

    Buttigieg semmiet kif l-għada li welldet ir-raġel ħadha lura biex tipprostitwixxi lilha nnifisha.

    Id-deputat Nazzjonalista appellat ukoll lill-Gvern biex ma jiftaħx il-bibien għall-prostituzzjoni.

    Buttigieg irreferiet anke għal rapport li deher fuq Inews fejn l-Avukat Lara Dimitrijevic kienet kwotata tgħid li hemm pulizija li jinjora nisa vittmi ta' vjolenza domestika u esprimiet it-tħassib tagħha għal dan.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0