“Uħud mill-immigranti qed jikkunsidraw ineħħu ħajjithom“... Carola tibqa' tinsisti li tidħol f'Lampedusa

  • Ġun 26, 2019 18:12
  • Miktub minn iNews
"

    “Iddeċidejt li nidħol fl-ibħra tal-Italja u nwassal l-immigranti f’post sigur f’Lampedusa. Qiegħda biss nistenna x’se tgħid il-Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem, imbagħad ma jibqagħlix għażla oħra ħlief li nniżżilhom hemm”. Hekk qalet f’intervista li saritilha fl-aħħar sigħat il-kaptan Carola li qiegħda tagħmel minn kollox biex tara kif se jirnexxielha ssalva t-42 persuna li rnexxielha ssalva aktar qabel abbord is-Sea Watch 3.

    Hija żiedet tgħid li hija tinsab konxja li mhux se tkun xi ħaġa faċli u fost it-tliet alternattivi li huma l-Italja, Malta u l-Olanda qiegħda tqis l-Italja bħala l-aktar waħda raġonevoli. Taf ukoll li tali azzjoni tista' twassal għal konsegwenzi fosthom is-sekwestru tal-istess bastiment.

    Mistoqsija jekk hijiex mbeżża’ hija qalet li kull min ikun fil-pożizzjoni tagħha jispiċċa f’dak l-istat anke għax taf li qiegħda tigdem għadma iebsa bil-Ministru għall-Intern Matteo Salvini jirrifjuta li joffri l-għajnuna.

    Rigward is-sitwazzjoni abbord, il-kaptan qalet li l-immigranti jinsabu ddisprati b’uħud minnhom jgħidu li jixtiequ jaqbżu l-baħar jew ineħħu ruħhom b’idejhom. 

    Hija temmet tgħid li hi spiċċat tagħmel dan kollu għax ħajjitha kienet faċli u setgħet tmur l-Università bla ebda problema tant li gradwat ta’ 23 sena. Hija qieset din biss xorti tajba li hi twieldet f’pajjiż sinjur u ta’ karnaġġjon abjad u għalhekk ħasset li kellha tagħmel xi ħaġa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0