Biċċiet tat-tonn fil-baħar iħassbu rziezet tal-ħut

  • Ġun 26, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura (FMAP) esprimiet it-tħassib tagħha għad-diversi biċċiet ta' tonn li nstabu fl-ibħra lokali.

    Hija kienet qed tirreaġixxi għall-aħbar li d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni tella madwar ħamest irjus ta' tonn waqt li fl-aktar każ riċenti nltemaħ tonn sħiħ bla ras.

    Waqt li sostniet li dan juri li hemm min huwa involut f'attivita illegali, l-għaqda sostniet li  l-fatt li l-każijiet kienu rappurtati li ntlemħu u nġabru mill-inhawi tal-bajja ta’ San Tumas f’M’Scala huwa xhieda tal-fatt li min qed iwettaq din l-attivita’ illegali jew qed jisraq il-hut mill-gaġeġ tat-tonn inkella qed jaqbad ħut klandestinament mis-selvaġġ f’dawn l-inhawi biex ikun jista’ jbiegħhom illegalment. 

    “Sfortunatament jidher li l-fenomenu tal-illegalità tal-qbid tat-tonn, kemm jekk dan huwa riżultat ta’ xi serq ta’ ħut mill-gaġeġ tat-tonn inkella konsegwenza ta’ sajd illegali mill-ibħra tal-madwar, huwa aktar komuni minn kemm wieħed jaħseb u jidher li din is-sena huwa aktar prevalenti meta mqabbel mas-snin ta’qabel”, qal il-Kap EŻekuttiv tal-FMAP Dr Charlon Gouder.

    Huwa appella biex id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura jieħu azzjoni kontra din l-illegalita u ma jħallix l-aġir ta’ xi persuna jew persuni irresponsabli jħammġu jew jitfa' dell ikraħ fuq il-industrija. 

    “In-nies għandhom raġun jilmentaw meta waqt li jkunu qed jgħumu jintlemħu karkassi ta’ dan it-tip konsegwenza tal-attivita illegali. Illum id-Dipartiment huwa mgħammar b’dgħajjes apposta biex jagħmlu tajjeb għall-ispezzjonijiet li jeħtieg li jsiru kontinwament u għalhekk m’għandu jkun hemm l-ebda raġuni għala din l-attivita illegali għandha tkompli tipperpetwha ruha”.

    Waqt li nsista li dawn il-biċċiet tat-tonn mhux ġejjin mill-attivitajiet tal-membri tal-federazzjoni li jmexxi, l-Avukat Gouder semma kif bħalissa għaddejjin f’taħditiet ġenerali mad-Diviżjoni tad-Tindif u l-Manutenzjoni sabiex ikun hemm kollaborazzjoni meta jidħlu rapporti ta' xi dehra tagħom fil-bajjiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0