Atletico Madrid ser ibiegħu l-Estadio Vicente Calderon

  • Ġun 26, 2019 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Atletico Madrid ser ikunu qed ibiegħu l-istadium il-qadim tagħhom Vicente Calderon. Dan qed isir wara li ftit tax-xhur ilu huma ttrasferew il-logħob tagħhom fil-Wanda Metropolitano ta’ Madrid. F’dan l-istess grawnd saret il-finali tal-UEFA Champions League bejn Liverpool u Tottenham. Il-Colchoneros jistgħu jbiegħu dan il-grawnd għas-somma ta’ €180 miljun lil dak il-konsorzju interessat għalih. Wieħed minnhom huwa interessat li jibni xi appartamenti maġenb il-ground u forsi juża’ wkoll dik l-art għall-bini ieħor.

    Jekk il-bejgħ iseħħ, Atletico Madrid ikunu qed iħallsu ħafna mid-dejn li għandhom u eventwalment jixtru xi plejers ġodda biex isaħħu l-iskwadra.

    Matul l-istaġun li għadda, it-tim immexxi minn Diego Simeone spiċċa fit-tieni post tal-klassifika ta’ La Liga Spanjola.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0