Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi jissieħeb f'inizjattiva ambjentali

  • Ġun 26, 2019 13:59
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi issieħeb f'inizjattiva ambjentali bi ftehim iffirmat mal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, u diversi Kunsilli Lokali oħra biex ikollu rwol attiv u jiskoragixxi l-użu ta’ bżieżaq u konfetti tal-plastik li jintużaw waqt attivitajiet fil-lokalita’. 

    Il-Kunsill qed ikun proattiv biex b’ kollaborazzjoni mal-għaqdiet tal-lokal, jitnaqqas l-effet negattiv fuq l-ambjent meta jittajru massa ta’ bżieżaq waqt avvenimenti festivi jew anki waqt il-funerali. Il-Kunsill jifhem li għandu jkun hemm aktar kuxjenza ambjentali u li wieħed jista’ jelimina l-użu tal-bżieżaq u jippromovi metodi oħra ta’ kif wieħed jista’ jfakkar jew jiċċelebra’ avveniment. 
    Il-Kunsill jaqbel ukoll li m’għandhomx jittajru jew jintefgħu konfetti magħmulin mill-plastik. Minflok jintużaw konfetti magħmulin minn karti rriċiklati meta u fejn ikun meħtieġ.

    Għaldaqstant il-Kunsill ser jippromovi alternattivi, fosthom:
    Li jintużaw bżieżaq tas-sapun 
    Jintużaw flixken riċiklati ghal tizjin biex wieħed iħalli messaġġ għall-okkażżjoni 
    Jitħawwlu xi pjanti jew siġar fil-lokalita’ sabiex ifakkru l-okkazjoni
    Jittajjru tajr (kites) flokk bziezaq
    Isir uzu minn bnadar, banners, streamers u inflatables 
    Żigarelli 
    Irdieden magħmulin minn materjal riċiklat 
    Pompoms magħmulin minn materjal riċiklat• Għotja ta’ żerriegħa ta’ pjanti bħala tifkira lir-residenti

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0