L-MDA u l-Kamra tal-Periti jirreaġixxu għar-regolamenti tal-bini l-ġodda

  • Ġun 26, 2019 09:04
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Wara li l-bieraħ kienu ippubblikati r-regolamenti l-ġodda dwar l-evitar ta’ ħsara lil propjeta ta’ terzi persuni, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) u kif ukoll il-Kamra tal-Periti rreaġixxew b’mod kontrastanti għal dawn ir-regolamenti.

    L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi tennet li l-Avviż Legali l-ġdid ippubblikat il-bieraħ “għenu biex jiġu ċċarati numru ta’ anomaliji li kien hemm eżistenti, fejn jidħlu r-risponsabbilitajiet differenti fl-industrija tal-kostruzzjoni. Dan għaliex qabel ma daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti, is-sidien u l-iżviluppaturi setgħu iqabbdu lil min iridu, kemm nies kompetenti kif ukoll dawk li mhumiex, biex iwettqu dawn ix-xogħolijiet, anke jekk dan kien qiegħed imur kontra id-diskrezzjoni u l-parir tal-arkitett responsabbli.”

    “Madanakollu, l-MDA temmen li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha bżonn bidla radikali u immedjata, li fost l-oħrajn twassal għal Kunsill għall-Iżvilupp, li għandu s-saħħa li jagħti l-liċenzji lil dawk li jiskavaw, kif ukoll dawk li jwaqqgħu il-bini. Fil-preżent, dawn ir-responsabbiltajiet għadhom mhix suġġetti għal regolamenti, u għalhekk, kulħadd jista jidħol f’kuntratti biex jagħmel dan ix-xogħol, anke jekk ma jkunx ikkwalifikat.”

    “Sal-lum, il-Gvern naqas milli jirregola l-industrija b’mod adekwat”

    Min-naħa tagħhom, il-Kamra tal-Periti kkritikat lill-Gvern talli ma kkonsultax mal-Kamra qabel l-ippubblikar ta’ dawn ir-regolamenti, “kif obbligat bil-liġi, u minkejja d-diversi talbiet għal laqgħat matul l-aħħar ġimgħatejn, li ġew injorati.”

    “Il-Kamra hija tal-opinjoni li l-Avviż Legali ma jiggarantixxi is-saħħa tan-nies, primarjament għax iżid il-konfużjoni ta’ responsabbiltajiet fuq il-lantijiet. Minħabba f’hekk, kif ukoll minħabba l-fatt li r-rekwiżit għar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar tal-kuntratturi qatt ma ġie fis-seħħ, irriżulta f’sitwazzjoni fejn l-uffiċjal tekniku fuq is-sit, effettivament ser ikollu jġorr fuq spallejh in-nuqqasijiet tal-Gvern li jirregola dan is-settur.”

    Fl-istqarrija tagħhom, il-Kamra tal-Periti saħqet kif l-Uffiċċju dwar ir-Regolamenti tal-Bini “tħalla bla riżorsi finanzjarji għal snin twal, b’allokazzjoni annwali biss ta’ €150,000, li bil-kemm tekkwivali għal pagi ta’ sitta mill-impjegati ta’ dan l-Uffiċċju, tant li ġiet bla saħħa u ineffettiva.”

    Minbarra hekk, “il-proċess tal-ippjanar qatt ma ġie sseparat b’mod ċar mill-proċess tar-regolamenti tal-bini, li wassal għal konfużjoni istituzzjonali u infurzar inadekwat... Iktar minn hekk, minflok il-Gvern investa fl-iżvilupp ta’ infrastruttura teknoloġika, l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet pussess tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti mill-BRO, u estendiet is-sistemi online għall-applikazzjonijiet għall-permessi għal dan l-iskop. Din qegħda taggrava iktar sitwazzjoni li hija diġà konfuża.”  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0