Il-familja ta' Elisa tappella għar-rispett

  • Ġun 26, 2019 08:43
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-knisja ta' Ħaż-Żebbuġ illum se tingħata l-aħħar tislima lil Elisa Buhagiar, it-tifla ta' 10 snin li mietet traġikament fl-inċident li seħħ fil-Manikata fl-20 ta' Ġunju li għadda.

    Buhagiar kienet riekba fil-karozza ma' missierha ta' 49 sena u tifla oħra ta' 10 snin ukoll meta seħħet il-ħabta ma' karozza misjuqa minn mara ta' 35 sena mill-Mellieħa.

    Fuq il-post deher evidenti li t-tifla kienet ġarrbet ġrieħi gravi tant li ttieħdet l-Isptar Mater Dei fil-periklu tal-mewt u minkejja kull tentattiv mit-tobba u infermieri mietet ftit tal-ħin wara.

    Il-familja ħarġet tappella lill-mezzi tax-xandir biex jirrispettaw il-privatezza tagħha f'dan il-mument diffiċli u għalkemm m'oġġezzjonatx li jsir rappurtaġġ tal-funeral talbet biex dan isir minn wara u mhux minn quddiem fil-knisja.

    Il-mewt traġika tagħha ixxukkjat mhux biss lill-familjari imma anke ħbieb tat-tifla kemm dawk li kienu jattendu l-iskola magħha kif ukoll fl-iscouts li tagħha kienet membru fil-fergħa tal-Imtarfa fejn kienet toqgħod.

    Bosta kienu l-gruppi tal-iscouts minn madwar il-pajjiż li fuq il-paġna tagħhom tal-Facebook tellu filmat tal-'scouts' josservaw minuta ta' silenzju b'rispett lejha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0