Inter jinsistu għal Valentino Lazaro

  • Ġun 26, 2019 00:56
  • Miktub minn iNews
"

    Inter jinsabu favoriti li jieħdu lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Hertha Berlin, Valentino Lazaro. Dan il-player għandu 23 sena u, apparti li madwar sitt snin ilu in-Neroazzurri kienu ser jakkwistawh iżda ma rnexxielhomx, huwa wieħed mill-objettivi tad-diriġent Piero Ausilio.

    L-offerta ta’ Inter hi dik ta’ €18-il miljun flimkien ma’ €2 miljuni oħra ta’ bonus b’kuntratt ta’ ħames snin bil-plejer jaqla’ €2 miljuni kull staġun. Minkejja kollox Hertha Berlin iddeċidew li jitolbu iktar flus u fil-fatt huma qed jistmaw lill-plejer madwar €25 miljun.

    Ir-rieda tal-player Awstrijakk li jilgħab fuq in-naħa leminija tal-ground hi l-Italja u minkejja li hemm anke Paris St Germain u Arsenal, it-team minn Milan hu viċin li jagħlaq il-kuntatti kollha.

    F’sentejn kemm ilu ma’ Hertha Berlin, Lazaro lagħab 31 partita u skorja erba’ gowls.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0