Waterpolo: San Ġiljan miżmuma minn Exiles

  • Ġun 25, 2019 22:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Round Preliminari

    San Ġiljan.................... 12

    Exiles.......................... 12

    (4-2, 1-3, 4-2, 3-5)

    San Ġiljan sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 12-12 minn Exiles, f'partita li dawn tal-aħħar ma serqu xejn hekk kif kellhom wirja ferm pożittiva.

    Wieħed stenna iktar mill-Ġiljaniżi u żgur  li jekk huma jridu jisfidaw għar-rebħ tal-unuri, iridu jura wirjiet aħjar minn dik tal-bieraħ.

    Min-naħa l-oħra ta' min ifaħħar il-wirja ta' Exiles li offrew oppożizzjoni denja lill-Ġiljaniżi.

    San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-2, b'Dobud (2), Andreas Galea u l-captain Matthew Zammit isibu x-xibka għalihom.

    Ta' nota huwa l-fatt li wa­ra biss minuta mill-ftuħ tal-par­tita Niksa Dobud falla penalty għall-Ġiljaniżi hekk kif ra lill-goalkeeper ta'  Exi­les, Mat­thew Castillo jsalva bi bravura.

    Dan filwaqt li ż-żewġ goals ta' Exiles waslu minn Milos Vukicevic bl-ewwel goal jasal minn penalty u ieħor minn back-hand stupend mill-viċin.

    Iżda fit-tieni sessjoni Exi­les ħasdu lis-Saints hekk kif skorjaw tliet goals u sofrew goal wieħed biss, bil-goals għat-team immexxi mill-coach Marko Orlovic jaslu minn Vukicevic minn pe­nalty, Jelaca u Nicky Paris.

    Dan filwaqt li Guillermo Molina skorja l-uniku goal Ġiljaniż lejn l-aħħar ta' din is-sessjoni biex l-iskor sal-mistrieħ kien dak indaqs ta' 5-5.

    Fit-tielet sessjoni kienet imperattiva r-reazzjoni mis-Saints u hekk ġara hekk kif bħall-ewwel sessjoni, huma rebħuha bl-iskor ta' 4-2 b'Ben Plumpton (2), Dino Zammit u Dobud jiskorjaw għalihom waqt li Nicky Paris u Vukicevic wieġbu għall-Exiles. 

    Exiles rebħu l-aħħar ses­sbl-iskor ta' 5-3, bl-iskorers għalihom ikunu Vukicevic  darbtejn bl-ewwel goal għa­lih jasal minn penalty, Nicky Paris u l-captain Timmy Sullivan (2)  wieġbu għal Exiles.

    Min-naħa l-oħra, Matthew Zammit (2) u Niksa Dobud, wieġbu għall-Ġiljaniżi.

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Ga­lea (1), 4-Niksa Dobud (4), 5-Guillermo Molina (1), 6-Matthew Zammit (3), 7-Ben Plumpton (2), 8-Kai Dowling, 9-Tristan Said, 10-Darren Zammit, 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (1),  13-Thomas Micallef - Coach: Marko Orlovic

    Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Michele Stellini, 3-Andrew Magri, 4-Marko Jelaca (1),   5-Timmy Sullivan (2), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech, 8-Kurt Griscti, 9-Milos Vukicevic (7), 10-Aurelien Cosuin, 11-Nicky Paris (2), 12-Philip Paris, 13-Max Martin - Coach: Igor Vukanovic

    Referees: Mirko Schiavo, Stefan Licari

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0