Waterpolo: Marsaxlokk jirbħu logħba bilanċjata

  • Ġun 25, 2019 22:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Round Preliminari

    Otters........................... 16

    Marsaxlokk................... 18

    (3-4, 4-3, 2-8, 7-3)

    F'partita bilanċjata Marsaxlokk għelbu lil Otters bl-iskor strett ta' 18-16 bit-tielet sessjoni tkun detrimentali għall-Għawdxin hekk kif tilfuha b'distakk ta' xejn inqas minn sitt goals.

    Marsaxlokk rebħu l-ew­wel sessjoni bl-iskor ta' 4-3 bil-goals jaslu minn Stephen Mcallef, Andrija Vlahov u Ivan Nagaev (2).

    Min-naħa l-oħra Milos Filipovic minn penalty u Aleandro Mifsud (2) wieġbu għal Otters.

    It-tieni sessjoni ntemmet ukoll bl-iskor ta' 4-3 iżda din id-darba favur Otters, bil-protagonisti għall-Għawdxin jaslu minn Aleandro Mifsud, Ferenc Salomon minn penalty, Milos Filipovic u Edward Meli.

    Dan filwaqt li t-tliet goals tax-Xlukkajri wasli mis-solitu Russu, Ivan Nagaev, bit-tielet goal tiegħu jasal minn penalty.

    Madankolu Marsaxlokk wettqu reazzjoni inkredibbli fit-tielet sessjoni u ttrijonfaw bl-iskor kbir ta' 8-2 bl-iskor­ers ikunu Ivan Nagaev (4) bit-tielet goal jasal minn penalty, Andrija Vlahovic (2), Rainier Scerri u Timmy Agius. Intant, Alean­dro Mifsud u Ferenc Salomon irrispondew għal Otters.

    Otters kienu l-aħjar team matul ir-raba' u l-aħħar ses­sjoni iżda xorta waħda ma kienx biżżejjed għalihom biex almenu joħorgu mill-pixxina bi draw.

    Dan hekk kif huma rebħu din is-sessjoni bl-iskor ta' 7-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Edward Meli (3), Milos Filipovic (2), Claudio Spiteri De Barro u Ferenc Salomon. Min-naħa l-oħra, it-tliet goals għat-team min-nofsinhar  ta' Malta waslu minn JosephGalea, Ivan Nagaev u Matthew Pace.

    Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Claudio Spiteri De Barro (1), 3-Ferenc Salomon (3), 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli (4) 6-Marc Lanzon, 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-Aleandro Mifsud (4), 10-Dominique Zahra, 11-Benjamin Lanzon, 12-Milos Filipovic (4), 13-Dean Camilleri    - Coach: Anthony Farrugia

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi, 3-Luke Calleja, 4-Michael Rizzo, 5-Timothy Agius (1), 6-Matteo Martellacci, 7-Andrija Vlahovic (3), 8-Ivan Nagaev (10), 9-Stephen Micallef (1), 10-Luke Saliba, 11-Joseph Galea (1), 12-Otis Zammit, 13-Fredrick Buhagiar, 14-Matthew Pace (1), 15-Rainier Scerri (1) - Coach: Joe Cremona

    Referees: Mirko Schiavo, Massimo Angileri

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0