Iktar mediċini offruti mis-sistema tal-POYC

  • Ġun 25, 2019 20:21
  • Miktub minn iNews
"
    Madwar 120 persuna bi bżonn ta' mediċina speċjali bl-opportunità li jiksbuha mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar estensjoni tal-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC). Dan hekk kif minn din il-ġimgħa, 70 tip ta' mediċina, mogħtija lil 120 pazjent b'kundizzjonijiet rari u speċifiċi, sejrin jkunu jistgħu jiksbu il-mediċina tagħhom mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom, mediċina li sal-Ġimgħa li għaddiet kienu jinkisbu biss mill-Isptar Mater Dei.
     
    Fearne semma kif din l-iskema, li sejra tiswa mal-€2.5 miljun, sejra tassigura li din il-mediċina speċifika, li tvarja minn apparat teknoloġiku għal nutrizzjoni għat-tfal, sejra tassigura li s-sistema tal-POYC tibqa waħda "li tressaq is-servizz tas-saħħa lejn il-kommunità kollha." "Kien sena u nofs ilu li għaddejna liġi u ħloqna kumitat, l-Exceptional Medicine and Treatment Committee, bil-għan li jeżamina dawn il-każijiet u kif is-servizz tal-kura mogħti lilhom ikompli jitjieb. Din l-iskema, li hija frott ta'ftehim bejn l-Isptar Mater Dei u l-POYC, huwa r-riżultat tal-ħidma ta' dan il-kumitat."
     
    Il-Ministru tas-Saħħa spjega kif l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, li tinvolvi iktar minn 220 spiżerija differenti f'Malta u Għawdex, preżentament tilħaq iktar minn 140000 pazjent attiv, li b’mod regolari jieħdu mediċini għall-kura ta' mard kroniku. "Skema bħal din qegħda topera ta' suċċess illum il-ġurnata mhix biss għax il-Gvern jonfoq fiha €28 million kull sena; mhix biss għax solvejna l-problema tal-mediċina out of stock,iżda wkoll għall-volum kbir, madwar 250 million mediċina differenti, fis sena. L-Ispiżeriji tal-komunità jaħdmu biex din bħal tibqa tkun ta suċċess, u biex jingħata s-servizz lil dawk li għandhom bżonn."
     
    Fearne ddeskriva din il-miżura l-ġdida bħala" miżura oħra li tkompli tindika l-impenn tal-Gvern li nwasslu servizz tas saħħa eċċellenti bla hlas, filwaqt li kulħadd jkompli igawdi ugwalment minn servizz ta eċċellenza. Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-POYC, Celia Falzon, tennet kif din l-iskema "tkompli tibni fuq il-kunċett ta' servizz iktar u iktar viċin il pazjent. Bħala Agenzija, rajna li huwa possibli nġibu l-mediċini iktar viċin il-pazjenti, u B’hekk naħdmu iktar favur il-kunċett ta' one stop shop."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0