L-Iran jgħid li s-sanzjonijiet Amerikani jfissru t-tmiem permanenti ta' kull diplomazija mal-Istati Uniti

  • Ġun 25, 2019 08:53
  • Miktub minn iNews
"

    L-Iran illum attakka lill-amministrazzjoni Amerikana mmexxija mill-President Donald Trump dwar is-sanzjonijiet ġodda Amerikani fil-konfront ta’ uffiċjali għoljin Iranjani u l-mexxej suprem tar-Repubblika Iżlamika, Ayatollah Ali Khamenei. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan qal li dawn il-miżuri ġidda jfissru t-tmiem permanenti tad-diplomazija bejn Tehran u Washington.

    Intant uffiċjali Amerikani qalu wkoll li qed jippjanaw sanzjonijiet fil-konfront tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Javad Zarif.

    L-aġenzija tal-aħbarijiet statali Iranjana IRNA kkwotat lil kelliemi għall-Ministeru, Abbas Mousavi, jgħid li d-deċiżjoni ta’ Trumop ġabet fix-xejn u temmet kull diplomazija bejn iż-żewġ pajjiżi.

    Washington min-naħa tiegħu qal li l-miżuri ttieħdu biex jiskoraġġixxu lil Tehran milli jiżviluppa armi nukleari u jappoġġja gruppi militanti. Is-sanzjonijiet kienu introdotti fi kliema ta’ tensjoni dwar il-programm nukleari mħaddan minn Tehran.

    L-emissarju Amerikan għan-Nazzjonijiet Uniti, Jonathan Cohen, qal li l-amministrazzjoni ta’ Trump trid li Tehran terġa’ lura għan-negozjati.

    Is-sanzjonijiet Amerikani daħlu wkoll fis-seħħ jiem wara t-twaqqigħ ta’ drone Amerikan, li l-valur tiegħu huwa stmat li huwa ’l fuq minn $100 miljun, fuq l-Istrett ta’ Hormuz, sitwazzjoni li eskalat l-kriżi fil-Golf Persjan.

    Wara t-twaqqigħ tad-drone l-President Trump qal li kien waqqaf attakk ta’ ritaljazzjoni, madankollu kompla għaddej bil-kampanja ta’ pressjoni fil-konfront ta’ Tehran.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0