Kontinġent tal-MESA se jieħu sehem fil-European Company Sport Games f’Salzburg, l-Awstrija

  • Ġun 25, 2019 00:21
  • Miktub minn iNews
"

    Wara s-suċċess miksub is-sena li għaddiet fit-tieni edizzjoni tal-World Company Sport Games, f’La Baule fi Franza, kontinġent ta’ 45 atleta mill-Malta Employees Sports Association din il-gimgħa se jkunu qed jieħdu sehem fit-22 edizzjoni tal-European Company Sport Games li se jsiru bejn għada (26) u nhar il-
    Ħadd, 30 ta’ Ġunju f’Salz­burg, l-Awstrija.

    Aktar minn 7,000 atleta minn 30 pajjiż Ewropew se jkunu qed jieħdu sehem fi 23 sport differenti f’din l-ediz­zjoni ta’ dawn il-logħob għall-ħaddiema, bil-MESA tkun rappreżentata minn atleti li se jieħdu sehem fid-dixxiplini tal-Atletika, Badminton, Beach Volleyball, Bowling u Darts.

    Il-ġimgħa l-oħra l-atleti kellhom l-opportunitá li jagħmlu żjara ta’ kortesija lill-Prim Ministru Joseph Mus­cat, fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.

    F’diskors qasir ta’ l-okkaż­joni, il-Prim Ministru wera s-sodisfazzjon tiegħu li ħad­diema minn diversi entitajiet ikollhom l-opportunitá li jipparteċipaw f’dan il-Logħob Ewropew u awgura lill-kontinġent Malti suċċess fil-parteċipazzjoni tagħhom.

    L-atleti li jiffurmaw il-kontinġent tal-MESA għal dan il-Logħob huma:

    Atletika

    Darran Agius, Peter Azzopardi, Pauline Briffa, Gianella Bugeja, Jean Paul Buttigieg, David Camilleri, Jo­nathan Camilleri, Aldrin Cassar, Caroline Ciappara, Steve Farrugia, Norbert Grech, Noel Massa, Aaron Mifsud, Melvin Mifsud, Angele Sammut, Alan Stellini, Josef Tonna, Matthew Xue­reb, Jeanette Zammit

    Badminton

    MESA Open: Edmond Abela, Mark Abela, Ann Marie Bezzina, Samuel Cassar, Veronika Dobiasova.

    MESA 40+: Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Maria Carmela Spiteri, Sandra Spiteri, Kenneth Vella

    Beach Volley

    Ladies Open: Maria Caruana Demicoli, Isabel Cutajar.

    Men 40+: Angelo Bonello, David Mario Caruana

    Bowling

    BOV: Ernest John Agius, Alan Attard, Hubert Camil­leri, Joseph-Edward Xuereb

    MIA: Aaron Belli, Stephen Christopher Cassar, Mario Joseph Ellul, Charles Farrugia, Carmelo Galea, Alfred Pulis

    Darts

    Joseph Mallia

     

    Waqt li jkunu għaddejjin dawn il-Games,  f’Salzburg se jiltaqa’ l-Kungress Ann­wali tal-European Federation for Company Sport (EFCS).

    Dan il-Kungress se jsir nhar il-Gimgħa li ġej, 28 ta’ Ġunju u l-MESA se tkun rappreżentata mill-uffiċjali tagħha, jigifieri, l-president Mark Marlow, is-segretarju Mario Saliba u t-tezorier Kevin Mifsud.

    Ta’ min isemmi li Mark Marlow jifforma parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-EFCS, waqt li Mario Saliba huwa wieħed mit-tliet membri tal-Kummissjoni Elettorali tal-istess Federazzjoni.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0