Persuni li joħorġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin issa se jsibu aktar appoġġ biex jintegraw lura fil-komunià permezz ta’ ‘Dar bla Ħitan’ – it-tieni proġett mill-programm ta’ housingspeċjalizzat imħabbar mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkommodazzjoni Soċjali u li se jkun immexxi mill-għaqda Mid-Dlam għad-Dawl.
Din id-dar se toffri ambjent ta’ dar residenzjali u child-friendly lil dawk li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’servizzi speċjalizzati u b’appoġġ li jgħinuhom fl-integrazzjoni lura fis-soċjetà.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li l-gvern se jalloka post dilapidat fil-Birgu flimkien ma’ fondi sostanzjali għar-riġenerazzjoni tiegħu.
“Ma stajniex ninjoraw pattern inkwetanti li fih persuni li jkunu ħarġu mill-ħabs jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom u b’riskju akbar li jsiru riċedivi”, spjega s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
Żied jgħid li dan ikompli juri kemm “il-housing qatt mhi sempliċiment problema ta’ housing iżda kulminazzjoni ta’ għadd ta’ problemi soċjali oħra u għalhekk il-bżonn li noffru soluzzjonijiettailor-made minflok politika insensittiva ta’ one-size-fits-all”.
Il-kap eżekuttiv tal-għaqda George Busuttil semma li dan il-proġett isegwi r-riċerka estensiva li saret b’kollaborazzjoni mal-Istitut għat-Terapija tal-Familja. “Ma tistax tifred il-priġunier minn mal-familja u kollha jirrikjedu attenzjoni partikolari b’mod li tirrispetta l-privatezza tagħhom. Ilna ħafna li nixtiequ nibdew dan is-servizz iżda qatt ma kellna r-riżorsi qabel ma l-gvern nieda dan l-ewwel programm ta’ housing speċjalizzat”, qal George Busuttil.
Spjega li s-soċjetà dejjem tgħolli ħafna ħitan li ma jidhrux fir-rigward ta’ eks priġunieri u li għalhekk f’din id-dar dawn il-ħitan jitneħħew u ma jkunux ostaklu, “biex dawn il-familji jgħixu ħajja kif suppost”.
Dan il-proġett isegwi ieħor li tħabbar aktar kmieni dan ix-xahar b’kollaborazzjoni ma’ Richmond Foundation fejn permezz tiegħu ommijiet bi sfidi ta’ saħħa mentali jistgħu jibqgħu jirċievu l-kura u l-appoġġ meħtieġ mingħajr ma jinfirdu minn uliedhom.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay irrimarka li fiż-żewġ proġetti imħabbra sa issa hemm l-aċċenn għall-preżenza u għall-appoġġ tal-familja fil-proċess ta’ recovery tal-persuna.
“B’dan il-programm m’aħniex nagħtu biss ċavetta iżda qed nagħtu servizzi speċjalizzati u sapport personali u kontinwu. Ħadd daqs dawn l-NGOs dedikati ma jista’ joffri din l-għajnuna meħtieġa biex dawn il-persuni jkunu integrati aħjar fil-komunità,” qal Leonid McKay.
Kien f’nofs Frar li l-gvern nieda l-ewwel Specialised Housing Programme, alloka baġit ta’ nofs miljun ewro u ħareġ sejħa ta’ interess mingħand NGOs interessati. Il-programm ta’ housingspeċjalizzat għandu l-għan li jassisti persuni vulnerabbli jibqgħu integrati fis-soċjetà waqt li jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.