“Ma stajnix nibqgħu ċassi quddiem l-inċidenti“ - Ian Borg

  • Ġun 24, 2019 19:14
  • Miktub minn iNews
"

    Stqarrija oħra ministerjali fis-seduta tat-Tnejn saret mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg dwar ir-regoli l-ġodda fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni li jiġu ippublikati t-Tlieta.

    Huwa iddikjara li l-Gvern ma setax jibqa’ ċass quddiem l-inċidenti li seħħew fl-aħħar ġimgħa u elenka wħud mir-regoli u min se jkun responsabbli minn xiex.

    Waqt li qal li r-regoli ma jmissux ir-regolamenti tal-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), Borg semma kif ir-regoli huma parti minn riforma li bdiet xhur ilu.

    Borg semma kif il-pass li jmiss se jkun it-twaqqif tal-Aġenzija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni li għandha “twelled” l-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

    Huwa semma li sakemm l-infurzar isir mill-uffiċjali ta’ din l-awtorita l-ġdida se jkunu dawk mill-Awtorita tal-Ippjanar li se jagħmlu l-infurzar fuq is-siti tal-kostruzzjoni.

    Borg irrimarka wkoll li l-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni bdiet ħidma biex tippubblika l-lista tal-kuntratturi u nsista li ma jfissirx li għax persuna jkollu inġenji biex jaħdem mela kapaċi bħala kuntrattur.

    Dwar il-lista tal-bennejja qal li din ilha teżisti s-snin imma qatt ma kienet pubblikata u irrimarka kif għandu dubji dwar jekk kienx hemm reġistru intern dwar dan.

    Għaldaqstant, dawn ir-regolamenti ser jaraw li f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fejn il-perit tal-proġett ma jiċċertifikax li dawn mhux se jeffettwaw proprjetajiet ta’ terzi, għandu jkun hemm is-segwenti;

    (i) Perit irid iħejji method statement li jindika kif se jipproċedu xogħlijiet ta’ demolizzjoni, skavar u bini. Il-perit huwa issa obbligat li jagħmel rapport dettaljat kif provdut fi Skedi 4, 5 u 6 ta’ dawn ir-regolamenti. Ix-xogħol jista’ jibda ġimgħatejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet;

    (ii) Perit irid iħejji condition report dettaljat għall-proprjetajiet kontigwi għall-iżvilupp kif provdut fi Skeda 7 ta’ dawn ir-regolamenti. Ix-xogħol jista’ jibda gimgħatejn wara sabiex il-pubbliku jkun jista’ joġġezzjona u jitlob reviżjonijiet;

    (iii) Il-method statements se jkunu disponibbli online tramite l-eapps platform li diġà hi familjari mal-pubbliku; 

    (iv) Se jkunu disponibbli wkoll online tramite l-eapps platform id-dettalji ta’ l-iżviluppatur, il-perit tal-proġett, il-perit/i li jħejju l-method statement, is-site technical officer/s, il-kuntratturi, is-sub-kuntratturi, il-health and safety supervisors u s-site manager li jrid jinħatar ai fini tal-Environmental Management Construction Site Regulations; 

    (v) L-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini iżomm id-dritt li l-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni ta’ metodu u rapport ta’ kundizzjoni tiġi vverifikata minn persuni independenti;

    (vi) Il-condition reports iridu jintbagħtu mill-perit tal-proġett lil dawk affettwati;

    (vii) Dak li sal-lum kien jissejjaħ ‘site manager’ u li kien tenut jara li l-method statement jiġi segwit mill-kuntrattur se jibda jissejjaħ "uffiċjal tekniku fuq is-sit" (site technical officer) u għandu jkun perit;

    (viii) Dil-persuna mhux se tibqa’ tiġi nnominata mill-iżviluppatur iżda mill-kuntrattur bl-approvazzjoni tal-perit tal-proġett. Tali persuna hi responsabbli għall-infurzar tad-dikjarazzjoni tal-metodu għax-xogħlijiet li jkunu responsabilita’ tal-kuntrattur li nnominah. Tali persuna trid tkun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw ir-riskju ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni jew korriment lil persuni li jistgħu jiġu kkawżati mix-xogħlijiet. Tali persuna għandha obbligu twaqqaf ix-xogħol u tinforma lill-perit tal-proġett u lill-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini meta l-method statementma jkunx qed jigi segwit; 

    (ix) Ir-responsabilità professjonali għad-dikjarazzjoni tal-metodu tibqa’ tal-perit li jħejjiha. Ir-responsabilità għall-infurzar tad-dikjarazzjoni tal-metodu għandha tkun tal-uffiċjal tekniku fuq is-sit, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tad-dikjarazzjoni tal-metodu hija tal- kuntrattur;

    (x) Issa, il-kopertura tal-assigurazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn seba’ mija u ħamsin elf euro (€750,000) u għandha tibqa’ tiġi mġedda sa dak iż-żmien meta kull xogħol ta’ demolizzjoni, skavar jew kostruzzjoni jiġu ċertifikati bħala kompluti mill-perit tal-proġett; 

    (xi)Se jiżdiedu il-penali għal min ma josservax id-dikjarazzjoni ta’ metodu minn massimu ta’ €500 għal €10,000;

    (xii)Se jiżdiedu il-penali għal min ma josservax ordni ta’ infurzar: minn massimu ta’ €1,200 għal €50,000;

    (xiii) Ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li jkunu nbdew imma mhux lesti fid-data tal-25 ta’ Ġunju 2019 kif ukoll dawk ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li għad iridu jinbdew, jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti. Essenzjalment, ifisser li għal kull sit iridu jinħatru l-persuni kompetenti relattivi u jiġu sottomessi l-condition reports u method statements kif jipprovdu dawn l-istess regolamenti.

    Dawn ir-regolamenti ser jidħlu fis-seħħ minn għada l-25 ta’ Ġunju 2019.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0