Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara fil-Parlament li huwa se jibqa’ jinsisti li Frans Timmermans għandu jkun il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea (KE).
Huwa stqarr dan waqt li kien qed jagħmel stqarrija parlamentari dwar l-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew fejn il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-UE iddiskutew il-futur tagħha.
Muscat sostna li Timmermans, li kien il-kandidat ewlieni tal-Grupp tas-Soċjalisti Demokratiċi fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, huwa l-persuna li l-iktar li jista’ jikseb maġġoranza fil-Kunsill Ewropew u fil-Parlament Ewropew.
Madankollu huwa semma kif il-Grupp tal-Partiti Popolari għadu jinsisti fuq il-kandidat tiegħu, Manfred Weber, u din is-sitwazzjoni qed tagħmiha diffiċli biex kemm wieħed kif ukoll l-ieħor jilħaq President tal-KE.
Waqt li semma kif il-Ħadd li ġej se jkun hemm summit staordinarju tal-Kunsill Ewropew biex il-mexxejja tal-pajjiżi membri jippruvaw isibu żblokk għax mhux jaqblu, Muscat irrimarka li jista’ jkun hemm persuni oħra ikkunsidrati għall-kariga.
Huwa nsista li l-mexxejja jridu li s-sitwazzjoni tkun solvuta sal-1 ta’ lulju li ġej meta jerġa’ jibda jiffunzjona l-Parlament Ewropew.
Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia iddikjara li jekk irridu Ewropa fejn iċ-ċittadini jkollhom leħen allura l-President tal-KE għandu jkun l-iktar kandidat li jkun ġab voti.
Huwa semma kif Weber u l-Grupp tal-Partit Popolari ġabu 23% tal-voti tal-elettorat Ewropew u għalhekk għandu jkun hu li jservi fil-kariga.
Fl-istqarrija parlamenetari tiegħu Muscat semma wkoll kif fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iddiskutew ukoll it-tibdil fil-klima.
Huwa sellem il-memorja tal-eks-President tar-repubblika Ċensu Tabone bħala l-ewwel kap ta’ stat li semmiha waqt laqgħa tal-Ġnus Maqgħuda.
Muscat sostna li huwa jaqbel li t-tibdil fil-klima huwa suġġett li jeħtieħ niddiskutuh b’mod ta’ emerġenza u nsista li huwa jrid ‘shift’ lejn trasport pubbliku u privat li jaħdem bl-enerġija alternattiva.
Min-naħa tiegħu, Delia saħaq li l-pajjiż jeħtieġ jiddikjara t-tibdil fil-klima bħala prijorita assoluta.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.