[FILMAT] ''Ħidma intensiva għal aktar adozzjonijiet lokali'' - Matthew Vella, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali

  • Ġun 24, 2019 12:47
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    “Qed naraw riformi importanti u anke preparazzjonijiet għal-liġijiet li ġejjin. Se nkunu qed naraw ħidma intensiva fuq l-aspett ta’ local adoptions jew taħriġ għal ġenituri adottivi prospettivi. Sitwazzjoni oħra li qiegħda magħna, u li se tkompli qed tiżdied, hi dik li tfal li ftit tas-snin ilu ġew adottati se jibdew isaqsu x’inhi l-oriġini tagħhom. Hawn irridu nkunu preparati. Irid ikollna professjonisti mħarrġa u s-sistemi kollha f’posthom. Fil-fatt mill-ġimgħa d-dieħla se tibda ħidma intensiva anke skont kif għandna fil-pjan imfassal fl-istess strateġija.”

    Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Vella waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha tnediet l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Adozzjoni.

    Huwa spjega wkoll kif l-istrateġija hi msejsa fuq tliet pilastri, bl-ewwel pilastru jiffoka b’mod dirett fuq l-aħjar interess tat-tfal. It-tieni pilastru jitkellem fuq kif l-aġenziji akkreditati u l-professjonisti jridu jitħarrġu, x’riformi rridu nagħmlu f’dawn it-tliet snin li ġejjin u kif se naħdmu flimkien biex inkomplu niksbu aktar u aktar suċċess fih fis-settur tal-adozzjonijiet. 

    Vella qal li t-tielet u l-aħħar pilastru jitkellem dwar l-integrazzjoni. “Irridu naraw li l-proċessi li għandna jkomplu jiġi ssimplifikati filwaqt li jiġu rrispettati konvenzjonijet u liġijiet differenti.” 

    Huwa kompla jgħid li din l-istrateġija se jkollha 25 miżura li anke fl-istrateġija hemm pjan ċar ta’ kif se jiġu implimentati, immoniterjati u liema entitajiet se jkunu involuti. 

    Semma kif mill-ġimgħa d-dieħla stess se jitwaqqfu żewġ Kumitati li se jkunu qed jaħdmu fuq l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Adozzjoni. Dawn il-Kumitati se jkunu komposti minn stakeholders differenti.

    F’kumment li ta lil dan is-sit huwa qal li, “wieħed minn dawn il-Kumitati se jiffoka fuq ir-riċerka u qed naraw l-involviment tal-Università ta’ Malta, MCAST u professjonisti differenti biex is-servizz li noffru servizz hemm barra jkun ibbażat fuq ir-riċerka. 

    “Il-Kumitat l-ieħor se jkun magħmul minn entitajiet differenti fejn se niddiskutu elementi importanti ħafna relatati mas-simplifikazzjoni tal-burokrazija fil-proċess tal-adozzjonijiet.”

    Dwar ir-riċerka, huwa qal li, “se nibagħtu messaġġ ċar biex il-ħidma tal-Awtorità u l-aġenziji akkreditati tkun aktar ibbażata fuq l-evidenza u li verament tirrifletti l-kuntest u s-sitwazjoni Maltija.”

    Huwa żied isemmi kif l-Awtorità fl-aħħar xhur ħadmet bis-sħiħ biex tkompli tikkonsolida d-djalogu ma’ pajjiżi ġodda u qal li fil-ġimgħat li ġejjin hemm ippjanati numru ta’ inizjattivi kif ukoll żjarat ġodda f’dan ir-rigward.

    “Jien nemmen bis-sħiħ li dak li rnexxielna niksbu matul dawn l-aħħar xhur se nkomplu iktar nikkonsolidawh bi pjan ċar ta’ kif se naslu u fejn irridu naslu. Dan filwaqt li kattarna aktar id-djalogu u l-kollaborazzjoni,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali. 

    Min-naħa tiegħu, l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon spjega li s-suġġett tal-adozzjonijiet huwa suġġett jaħraq għal raġuni prinċipali li qed titkellem fuq in-nies. “Mhux faċli li tagħmel policies, liġijiet li jitkellmu fuq suġġett tant u tant emozzjonali li jqajjem tant diskussjoni u fih innifsu sal-lum għadu kumpless.” 

    Huwa spjega li s-sena li għaddiet kien hawn 54 adozzjni minn tliet pajjiżi differenti - l-Islovakkja, il-Portugall u l-Indja. Huwa kompla billi tenna l-impenn tiegħu biex jiżdiedu l-adozzjonijiet lokali, waqt li rrefera għat-tibdil fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal fejn fost l-oħrajn tfal li jkunu ilhom ħames snin f’foster care ikunu jistgħu jiġi adottati. 

    Il-Ministru Falzon temm jgħid li sew fil-liġi l-ġdida kif ukoll f’kull strateġija li ssir, l-enfasi tkun li l-interessi tat-tfal tiġi l-ewwel.

    Ritratt u Filmat: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0