Twissija dwar regolaturi tal-gass

  • Ġun 24, 2019 08:42
  • Miktub minn iNews
"

    L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tiġbed l-attenzjoni lill-pubbliku inġenerali li l-provvista tal-gass domestiku f’Malta hu ‘LPG’; taħlita ta’ butan u ta’ propan.

     

    Fi stqarrija maħruġa mill-istess awtorità nstabu każi fejn ir-regolaturi għall-gass maħsuba biss għall-butan qed jinbigħu flimkien ma’ heater tal-gass jew tal-BBQs. 

    Konsumaturi li qed jużaw regolaturi maħsuba għall-butan biċ-ċilindri tal-gass domestiċi (LPG) għandhom jieqfu jużawhom immedjatament. Għaldaqstant, dawn ir-regolaturi tal-butan għandhom jiġu rritornati lill-bejjiegħa minn fejn inxtraw. It-tip tar-regolatur tal-gass hu indikat fuq il-pjanċa li tinstab fuq in-naħa ta’ fuq tar-regolatur (ritratti mehmuża). 

    Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0