Chris Bonett iniedi l-manifest għall-elezzjoni ta’ president tal-MFA

  • Ġun 24, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    Chris Bonett, kandidat għall-president tal-Malta Foot­ball Association, beda jippreżenta l-viż­joni tiegħu għall-football Mal­ti lill-clubs u l-assoċjazzjonijiet membri.

    Fil-fatt għal Chris Bonett, tmiem il-ġimgħa li għadda kien il-“manifesto weekend” fejn il-pjan għall-football Malti qed ikun spjegat lill-protagonisti li jżommu ħajja l-logħba f’pajjiżna. Bit-tema “Klabbs fuq Nett” il-pjan huwa wieħed ambizzjuż u fil-jiem li ġejjin se jkun spjegat ukoll lill-media biex jitwassal ukoll lill-pubbliku.

    “Dan il-programm fassaltu wara għadd kbir ta’ laqgħat ta’ konsultaz­zjoni mal-clubs involuti. Illum għażilt li nibda niddiskutih  ma’ dawk li jagħtu ħinhom u ħajjithom għal-logħba f’pajjiżna - in-nies li flimkien magħhom irid jitwettaq dan il-pjan ambizzjuż,” qal l-Avukat Bonett wara waħda minn dawn il-laqgħat li kienu deskritti bħala pożittivi u interessanti.

    Huwa sostna li hemm għatx kbir ta’ bidla fil-football Malti. “Qed nikkontesta biex inġib il-bidla. Ċert li nistgħu niksbu iktar u nemmen li ninsab fl-aħjar pożizzjoni biex inġib il-bidla biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti, fejn insiru professjonali u anke nibdew nirbħu.

    “Jekk ma nemmnux ma naslux. U jien nemmen u għandi fiduċja li naslu. Dan jekk jittieħdu d-de­ċiżjonijiet li hemm bżonn u jitwettqu proġetti ambizzjużi,” temm jgħid il-kandidat għall-presidenza tal-MFA.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0