Irkuprati l-katavri ta' seba' xabbaturi mir-reġjun muntanjuż tal-Himalayas

  • Ġun 23, 2019 18:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-katavri ta’ seba’ xabbaturi li kienu rapportati neqsin ix-xahar li għadda kienu rkuprati mill-Himalyas.

    Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali Indjani li saħqu li tim ta’ salvataġġ qed ifittex għat-tmien katavru.

    Il-grupp ta’ xabbaturi kien kompost minn erba’ Brittaniċi, żewġ Amerikani, Awstraljan u Indjan, u lkoll kienu qed jipprovaw jixxabbtu mat-tieni l-ogħla muntanja fl-Indja.

    L-uffiċjali qalu li kien intilef il-kuntatt mal-grupp ta’ xabbaturi waqt li kienu qed jgħaddu bejn żewġ meded kbar ta’ silġ f’għoli ta’ 5,380 metru.

    Huwa maħsub li l-grupp safa vittma ta’ valanga.

    Il-grupp kien qed jitmexxa mill-gwida Brittaniku Martin Moran, bil-kumpanija tiegħu Moran Mountain tagħmel għadd ta’ spedizzjonijiet fil-reġjun muntanjuż tal-Himalayas fl-Indja.

    Il-katavri kienu nltemħu minn grupp ta’ salvataġġ Indjan aktar kmieni dan ix-xahar madankollu t-tentattivi biex jirkupraw il-katavri kellhom jitħassru kemm-il darba wara li l-pilota tal-ħelikopter f’kull tentattiv li sar ma rnexxilux iniżżel lill-uffiċjali tas-salvataġġ fuq il-post.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0