Uffiċjal għoli tal-armata Etjopjana jinqatel mill-bodyguard tiegħu

  • Ġun 23, 2019 18:34
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-chief of staff tal-armata tal-Etjopja, il-Ġeneral Se­are Mekonnean, inqatel b’tir t’arma tan-nar mill-bo­dy­guard tiegħu stess. Dan seħħ fil-kapitali tal-pajjiż, Ad­dis Ababa.

    Mekkonnean u uffiċjal ie­ħor tiegħu tilfu ħajjithom hekk kif kienu qegħdin jipprovaw jipprevjenu attentat ta’ kolp ta’ stat kontra l-amministrazzjoni tar-reġjun Amhara, li jinsab fit-Tramuntana tal-pajjiż. F’Amhara stess, il-gvernatur reġjonali Ambachew Mekonnen in­qatel flimkien ma’ konsulnet tiegħu. 

    F’dawn l-aħħar snin, num­ru ta’ reġjuni, fosthom anke Amhara, intlaqtu minn vjo­lenza etnika. 

    Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru, fi stqarrija li ta fuq it-televiżjoni, ikkundanna dawn l-attakki. Minn meta ġie elett is-sena li għaddiet, Abiy beda jaħdem biex iwaqqaf ir-ripressjoni politika. Hu beda biex ħeles lill-priġunieri politiċi kif ukoll neħħa l-projbizzjoni li kien hemm fuq ċertu partiti politiċi. Apparti hekk hu  ressaq quddiem il-ġustizzja għadd ta’ uffiċjali li kienu akkużati li wettqu abbużi fuq id-drittijiet umani. 

    Minħabba s-sitwazzjoni in­stabbli, id-dipartiment tal-istat tal-Istati Uniti wissa lill-ħaddiema tiegħu f’Addis Ababa biex ma joħorġux hekk kif kien irrapportat sparar f’xi partijiet tal-belt. 

    Ir-reġjun ta’ Amhara huwa wieħed importati ħafna hekk kif dan hu t-tieni l-iktar reġjun popolat fil-pajjiż. Dan huwa wkoll ir-reġ­jun li minnu oriġinat il-lin­gwa tal-pajjiż, l-Amharic. Il-vjolenza bejn il-gruppi etniċi Amhara u Gumuz ix-xahar li għadda ħalla għexieren ta’ persuni mejta kemm f’Amhra kif ukoll fir-reġjun ġar, Benishangul Gumuz. 

    Il-vjolenza etnika bejn dawn it-tnejn, li hija l-aktar iffokata fuq kwistjonijiet ta’ art, ħalliet lil aktar minn tliet miljun persuna bla saqaf fuq rashom. 

    Kwistjoni oħra li l-Prim Ministru qiegħed ikollu jaffaċċja hija l-instabbiltà fil-mi­litar. F’Ottubru li għad­da mijiet ta’ suldati mmarċjaw lejn l-uffiċċju tiegħu fejn talbu għal żieda fil-paga u anke riedu joqtluh. Abiy kien ukoll ħelisha ħafif waqt attakk b’bomba li kien sar f’laqgħa tal-massa f’Ġunju tas-sena li għaddiet fejn dakinhar żewġ persuni kienu tilfu ħajjithom u aktar minn 100 spiċċaw l-isptar.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0