L-Iran iwissi dwar il-konsegwenzi ta' kunflitt fir-reġjun … anke għat-truppi Amerikani

  • Ġun 23, 2019 15:12
  • Miktub minn iNews
"

    Kwalunkwe kunflitt fir-reġjun tal-Golf jaf jinfirex mingħajr ebda kontroll u jhedded ħajjet it-truppi Amerikani. Dan qalu kmandant militari għoli Iranjan illum wara li l-President Amerikan Donald Trump qal li se jkun qed jimponi aktar sanzjonijiet fil-konfront tar-Repubblika Iżlamika.

    Fl-istess waqt Trump qal li jrid li jilħaq ftehim biex isaħħaħ l-ekonomija Iranjana, f’mossa biex apparentament inaqqas it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi wara li l-Iran waqqa’ drone Amerikan nhar il-Ħamis li għadda.

    Trump qal li huwa kien waqqaf attakk militari f’ritaljanza għal dan, wara li kien mgħarraf li l-attakk kien se jħalli 150 vittma.

    Intant l-Iran wissa li se jkun qed jirrispondi b’mod ċar fil-konfront ta’ kwalunkwe theddida u llum wissa dwar ir-riskji ta’ konfrontazzjoni militari.

    “Jekk ikun hemm kunflitt fir-reġjun, l-ebda pajjiż mhu se jkollu kontroll tiegħu,” saħaq il-Maġġur Ġeneral Gholamali Rashid. “Il-Gvern Amerikan għandu jaġixxi b’mod responsabbli biex jipproteġu ħajjet it-truppi Amerikani billi jevita li jaġixxi b’mod ħażin fir-reġjun.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0