Gvern li qed jinvesti fi spazji pubbliċi

  • Ġun 20, 2019 19:52
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li żar proġett infrastrutturali fejn sal-aħħar tas-sajf se jitlestew il-bandli pubbliċi f’Ħal Għaxaq, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-llma Joe Mizzi qal li dan huwa gvern li qed jinvesti fi spazji pubbliċi għat-tgawdija tal-familja kollha.

    “Illum qed naraw proġett kbir u ta’ importanza speċjalment f’din il-lokalità fejn għal bosta snin, ir-residenti ta’ Ħal Għaxaq kienu ilhom ħafna jħossu l-bżonn li jsir il-bandli”, qal il-ministru.

    Waqt li kien akkumpanjat miċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed Kevin Chircop kif ukoll mis-Sindku Darren Abela, huwa qal li jinsab kuntent b’dan il-proġett, fejn il-ftehim li xhur ilu kien biss fuq il-karti illum qed narawh jimmaterjalizza u jinsab għaddej b’ritmu tajjeb. Huwa feraħ lill-kumpanija Enemed li offriet li tgħin finanzjarjament lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq biex dan il-proġett jitwettaq.

    “L-Enemed temmen ħafna fil-kwalità tal-ħajja tar-resident u nfakkar li bħalissa jinsab għaddej bi proġett kbir, li se jkun qed jara r-rilokazzjoni tat-tankijiet tal-ħażna tal-fuel li hemm f’Birżebbuġa f’impjant f’Ħas-Saptan, impjant li huwa ‘l bogħod mir-residenzi u ‘l bogħod mill-periklu li kienu qed jgħixu fih in-nies”, qal il-Ministru Joe Mizzi.

    Huwa fakkar li ftit tal-ġimgħat ilu, ġie inawgurat l-ewwel eco park f’pajjiżna fil-Kitchen Garden tal-Palazz tal-President u qal li s-sinifikat ta’ proġetti bħal dawn mhuwiex biss li jkollna żona rikreattiva iżda importanti li wara dan l-investiment, hemm ukoll l-aspett edukattiv sabiex igawdu minnu l-ġenerazzjonijiet ta’ warajna li huma wkoll il-futur ta’ pajjiżna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0