Matul is-sena li għaddiet 70 miljun persuna kellhom iħallu djarhom minħabba vjolenza

  • Ġun 20, 2019 19:18
  • Miktub minn iNews
"

    Skont in-Nazzjonijiet Uniti n-numru totali ta’ persuni li tkellhom jaħabru minħabba gwerer, persekuzzjoni u ġlied matul is-sena li għaddiet kien jaqbeż is-70 miljun. Dan kien l-ikbar numru li qatt irreġistat l-aġenzija tar-Re­fuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti matul is-70 sena ta’ eżistenza tagħha.

    Iċ-ċifra ta’ 70 miljun tfisser żieda ta’ 2.3 miljun persuna fuq is-sena li għaddiet. Iċ-ċifra hija wkoll id-doppju ta’ dik irreġistrata 20 sena ilu. Dawn l-aħħar statistiċi juru li ta’ kuljum 37,000 persuna kienu qegħdin jabbandunaw djarhom. 

    Filippo Grandi, li huwa l-Kummissarju Għoli tan-Naz­zjonijiet Uniti għar-Refuġjati qal li dak li qed naraw fil-preżent huwa konferma li iktar persuni qed iħossu l-ħtieġa li jaħarbu minn djarhom minħabba ġlied u persekuzzjoni. 

    Huwa żied jgħid li filwaqt li llum il-ġurnata s-suġġett tal-immig­razzjoni u r-refuġjati joħloq dibattitu jaħraq, fl-istess wa­qt qegħdin naraw li hemm żieda f’dawk l-għaqdiet u popli li huma ġenerużi u lesti li jgħinu lil dawn il-persuni.  

    L-istatistika qiegħda tgħid ukoll li l-figuri għall-­2018 probabbilment huma iktar minn dawk irreġistrati u dan minħabba li l-miljuni ta’ persuni li kellhom iħallu djarhom fil-Venezwela għadhom ma ġewx inklużi kollha f’din l-istatistika.

    Tajjeb li ngħidu li fil-preżent fil-Venezwela hemm waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0