Jibda l-proċess biex jiġi mfassal il-‘masterplan’ tar-Ramla Ħamra

  • Ġun 20, 2019 18:44
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-Minsiteru għal Għawdex lesta d-disinn tal-masterplan tar-Ramla l-Ħamra biex jingħata bidu għal numru ta’ laqgħat mall-istakeholderskollha biex jiġi mfassal bl-aħjar mod possibbli.

    Il-Ministru Caruana tenniet li l-bajja tar-Ramla l-Ħamra hi waħda mill-aktar bajjiet imfittxija f’pajjiżna u kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li l-Ministeru għal Għawdex jintervjeni biex ifassalmasterplan dettaljat li jipproteġi s-sit u li jilqa’ għall-influss dejjem jikber ta’ viżitaturi. Il-Ministru Caruana qalet li d-disinn preliminari li qed jiġi propost jitlob studji serji u ser jiġi diskuss mal-istakeholders kollha ewlenin, fostom l-operaturi li jagħmlu użu minn din iż-żona. Il-Ministru għal Għawdex qalet li dan il-masterplan ser jikkunsidra dawn l-aspetti biex din il-bajja, filwaqt li tkun protetta, tkun ukoll preparata għall-ġejjini.

    Il-Ministru Caruana, filwaqt li rrimarkat li din iż-żona hi ta’ importanza ekoloġika u storika għal Għawdex, saħqet li dan il-masterplan irid jipproteġi dan il-wirt naturali li jsawwar lil din iż-żona.  Hija qalet li l-għan tal-masterplan hu li jindirizza l-isfidi eżistenti li hemm fis-sit tar-Ramla l-Ħamra ewlenin, fostom l-immaniġġjar aħjar tat-traffiku u t-titjib tal-faċilitajiet peress li l-bajja tar-Ramla hi waħda mill-bajjiet Blue Flag.

    Il-Perit Frank Muscat, li hu inkarigat mill-proġett, assigura li l-footprint eżistenti mhux ser tinbidel u dan għax l-għan ta’ dan il-masterplan hu li jiġu indirizzati l-isfidi eżistenti u mhux li jkun hemm xi tip ta’ żvilupp f’din iż-żona hekk importanti u sensittiva.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0