Taljan imfittex pajjiżu meħlus f'Malta

  • Ġun 20, 2019 18:12
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef ordnat il-ħelsien ta' Taljan li qed jiġi mfittex f'pajjiżu fuq suspett ta' ħasil ta' flus li ġejjin minn attivitajiet kriminali.

    L-awtoritajiet Taljani ħarġu mandat ta' arrest Ewropew fil-konfront ta' Antonio Ricci, li għandu 43 sena, u f'Mejju li għadda l-Qorti tal-Maġistrati ordnat li jiġi estradit.

    Huwa baqa' miżmum taħt arrest sakemm isiru l-arranġamenti biex jintbagħat lura u anke biex jingħata żmien jappella kif għamel.

    L-appell tiegħu nstema quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera fejn din irrimarkat li mill-provi li tressqu quddiemha jirriżulta li l-investigazzjoni tal-awtoritajiet Taljani għadha ma ngħalqitx.

    Hija ikkonkludiet li la l-investigazzjoni għadha għaddejja ma kellux jinħareġ mandat ta' arrest Ewropew għal skop ta' prosekuzzjoni.

    Kien għalhekk li l-Imħallef Scerri Herrera iddeċidiet li tilqa' l-appell ta' Ricci u ordnat li jinħeles mill-arrest.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0