“Bzajt li uliedi mhux se jagħrfuni“... Jaqtgħulha sieqha ftit wara li welldet tewmin

  • Ġun 20, 2019 17:46
  • Miktub minn iNews
"

    Dionne Brown, omm ta’ 24 sena għaddiet minn esperjenza kerha meta spiċċat tilfet waħda min saqajha ftit ġimgħat biss wara li hi welldet tewmin.

    Kollox ġara meta hi skopriet li kellha ‘osteosarcoma’, u dan seħħ erba’ xhur biss wara li hi welldet lil Emmett u Cohen.  Din hi forma rari ta’ kanċer fl-għadam u li normalment jaffettwa tfal u adulti żgħar taħt l-età ta’ 20 sena.  Dionne, li tgħix f’Devon, issorprendiet lil kulħadd meta qalet li d-dijanjosi ħaditha bħala nifs ta’ sodisfazzjon.

    “Kont ilni  xhur, eżattament madwar għaxar xhur b’uġigħ kbir f’sieqi. Kienet anke tkun minfuħa. L-uġigħ kien terribbli. Mort għandi diversi tobba u bdew ituni kura għaliha. Xejn ma ħadet. Wara 10 xhur, qaluli li għandi kanċer fl-għadam.”

    Tgħid li “meta qaluli kont naf li ħajti mhux se tibqa’ l-istess. Imma fl-istss ħin ħadt nifs għax għal għaxa xhur sħaħ kienu qed jgħiduli li m’għandi xejn, meta jien kont naf li xi ħaġa hemm”.

    Saħqet li “għamilt sena l-isptar. Il-biża’ tiegħi kienet li uliedi mhux se jagħrfuni wara li kien waqgħali xagħri. Illum ħriġt minnha u rabbejt il-kunfidenza mill-ġdid”. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0