Il-gvern jindirizza direttament kwistjonijiet ta’ razziżmu u ta’ xenofobija

  • Ġun 20, 2019 17:14
  • Miktub minn iNews
"

    It-Taqsima għall-Integrazzjoni fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni se tikber biex tindirizza direttament kwistjonijiet ta' razziżmu u ta' xenofobija. Fuq livell ta' gvern se jsir ukoll eżerċizzju favur aktar inklużjoni u integrazzjoni ta' kull persuna irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom, liema eżerċizzju se jkun immirat lejn id-diskors ta' mibegħda li huwa komuni fuq il-medja soċjali u f'fora pubbliċi oħra. 

    Dan tħabbar hekk kif l-20 ta’ Ġunju ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tar-Refuġjali, u kien mument fejn wieħed jirrifletti fuq dak li jaffettwa lir-refuġjati fostna u dwar l-inklużjoni u l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Maltija. 

    Malta tospita diversi refuġjati u persuni bi protezzjoni sussidjarja minn pajjiżi differenti u li wħud minnhom ilhom fostna għal numru ta' snin. Fl-2017 il-Gvern Malti għamel pass importanti fil-politika tiegħu fir-rigward tal-barranin li jgħixu u jaħdmu f'Malta billi nieda strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni. Numru ta' migranti diġà għamlu talba sabiex ikunu parti mill-programm 'Jien Nappartjeni' u bdew korsijiet fil-Malti, fl-Ingliż u fl-Orjentazzjoni Kulturali. Dan se jwassal biex aktar nies mhux Maltin isibu posthom fostna u jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-soċjetà Maltija b'mod aktar effettiv. 

    Il-gvern għaddej ukoll b'ħidma sfieqa biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-razziżmu u x-xenofobija. Dan ix-xogħol se jkun partikolarment relevanti għar-refuġjati u għal persuni bi protezzjoni sussidjarja li spiss ikunu suġġetti għal diskriminazzjoni u esklużjoni minħabba varji raġunijiet fosthom il-kulur tal-ġilda u l-oriġini tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0