Il-Ministru Chris Cardona jniedi l-Fondazzjoni ‘Start-Up Malta’ (SUM)

  • Ġun 20, 2019 16:41
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt konferenza stampa, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona nieda l-Fondazzjoni Start-Up Malta (SUM) biex toffri aktar sostenn u servizzi effiċjenti għal dawk l-individwi li se jibdew negozju. Il-Fondazzjoni SUM se tkun il-mutur ewlieni fit-tfassil tal-politika f’dan is-settur kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali, li huma parti mill-viżjoni ta’ dan il-gvern li jittrasforma lil Malta f’post ideali għall-ħolqien ta’ negozji ġodda, intraprenditorija u ideat innovattivi

    “L-ekonomija ta’ Malta nbidlet u se tibqa’ tinbidel bis-saħħa tal-intraprendituri li jaħdmu qatigħ. Dawn l-intraprendituri joħolqu l-impjiegi, jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u jagħtu spinta lill-innovazzjoni. It-trawwim ta’ kultura intraprenditorjali għandha ssir parti kruċjali mill-politika ekonomika tal-gvern”, spjega l-ministru. 

    L-għan ewlieni tal-fondazzjoni se tkun li tippromwovi, tirriċerka u tanalizza l-istart-ups ġodda u tinvesti fil-ħolqien ta’ kultura intraprenditorjali. Permezz tal-informazzjoni miġbura minn diversistakeholders, fosthom il-pubbliku ġenerali, is-settur privat u  entitajiet pubbliċi, il-fondazzjoni se tagħti pariri lill-gvern, għat-titjib u l-promozzjoni tal-intraprenditorja f’Malta permezz ta’ stadji varji li jibdew mill-għarfien sal-iżvilupp tal-intrapriżi, networking u anke tkabbir tal-operat tagħhom barra minn xtutna.  “Ninsabu kunfidenti li dan il-pass se jippermetti għal tfassil ta’ politika aktar serja u se jtejjeb il-pożizzjoni ta’ Malta bħala post attraenti għall-istabbiliment u t-tkabbir tan-negozju”, qal il-Ministru Cardona.

    L-ekosistema tal-istartups f’Malta tinsab fil-bidu tagħha u ilha tikber tul dawn l-aħħar snin, għalhekk il-fondazzjoni se tmexxi l-iżvilupp ta’ din il-komunità billi tlaqqa’ flimkien diversistakeholders  li jistgħu effettivament jagħtu lok għall-ħolqien ta’ negozji ġodda, u jitrattaw sfidi bħall-aċċess għall-finanzjament. 

    “Fundamentalment, il-Fondazzjoni SUM se tkun organizzazzjoni li tappoġġja l-intraprenditorija innovattiva u l-komunità warajha. Aħna nemmnu li l-potenzjal enormi li għandha l-ekonomija tagħna  għadu ma żviluppax fl-intier tiegħu”, qal il-Ministru Cardona. Huwa kkonkluda billi stieden lill-mexxejja tan-negozju li huma f’pożizzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ ekosistema għall-istartups, biex jieħdu rwol aktar attiv billi jisimgħu u jimpenjaw ruħhom mal-istartups lokali u jappoġġjawhom permezz ta’ gwida u pariri. 

    Il-Fondazzjoni SUM se titmexxa minn bord ta’ amministraturi, filwaqt li l-gvern se jkun rappreżentat mill-MIMCOL bħala fundatur tal-fondazzjoni.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0