L-Eġittu jakkuża lin-Nazzjonijiet Uniti li qiegħda tippolitiċizza l-mewt ta’ Morsi

  • Ġun 20, 2019 15:58
  • Miktub minn iNews
"

    L-Eġittu ħareġ jikkritika lin-Nazzjonijiet Uniti talli “ppolitiċizzat” il-qtil tal-ew­wel president elett de­mokratikament fil-pajjiż: Mo­hamed Morsi.

    Nhar it-Tlieta li għaddiet, in-Nazzjonijiet Uniti sejħet għal investigazzjoni wara li Morsi waqa’ u miet meta kien qiegħed jidher qud­diem il-qorti din il-ġimgħa. Fi stqarrija maħruġa, kel­liemi għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiż Ahmed Hafez, ikkundanna din t-talba għal investigazzjoni u qal li l-mewt tal-eks mexxej kienet waħda naturali. Morsi kien ilu arrestat mill-2013, wara li kien tn­eħħa permezz ta’ kolp ta’ stat militari.

    Il-familjari ta’ dan il-mex­xej ilhom żmien twil iqajmu mistoqsijiet dwar il-mod kif allegatament kien qiegħed jiġi trattat fil-ħabs. Apparti hekk, il-familjari ta’ Morsi qalu li l-awtoritajiet ma laqgħulhomx it-talba biex huma jkunu jistgħu jidfnuh fil-belt fejn twieled. Minflok, l-eks mexxej ġie midfun fil-Lvant ta’ Kajr taħt sigurtà stretta. 

    Hafez akkuża lin-Nazzjonijiet Uniti li qiegħda tipprova timmina l-istituzzjonijiet u l-inteġrità tas-sistema ġudizzjarja tal-Eġittu. Huwa tenna l-allegazzjoni tagħhom li seta’ kien hemm xi komplott “ma hi bbażata fuq l-ebda evidenza”. 

    Stqarrija maħruġa iktar kmieni kien il-ġimgħa mill-Kum­missarju Għolji tan-Nazz­jonijiet Uniti għad-Drittijiet Umani kienet titkellem dwar il-bżonn li l-Eġittu jittratta l-priġunieri b’mod iktar uman. L-istqarrija kie­net tgħid li, “tqajjem tħassib dwar il-kundizzjoni tal-arrest ta’ Morsi, fosthom dwar in-nuqqas ta’ attenzjoni medika kif ukoll dwar nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-fa­mi­ljari  l-avukati tiegħu... jid­her li Morsi nżamm f’arrest solitarju għal żmien twil ħafna.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0