Is-Sindku Belti jipproponi ġurnata fil-ġimgħa “late night shopping”

  • Ġun 20, 2019 15:31
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit ippropona li għandha tibda ssir tal-inqas ġurnata fil-ġimgħa “late night shopping” fejn il-Kunsill ikun parteċipi b’attivitajiet fit-toroq tal-Belt. 

    Huwa għadda din il-proposta f’laqgħa li kellu mal-Komunità tan-Negozju ta’ Triq ir-Repubblika, liema proposta ntlaqgħet b’mod tajjeb ħafna mill-Kumitat u għalhekk se jkunu qed jingħataw aktar dettalji fi żmien qasir.

    Fil-laqgħa ta’ bejniethom ġew diskussi diversi materji fosthom kif il-Kunsill Lokali jista’ jaħdem kemm mal-RSBCA u kif ukoll mal-komunitajiet kummerċjali kollha tal-Belt Valletta biex tingħata injezzjoni qawwija biex il-kummerċ fil-Belt Valletta jiżdied, f’kull qasam kummerċjali.

    il-President tal-Komunità tan-Negozji ta' Triq ir-Repubblika tal-Belt Valletta, Paul Fenech feraħ lis-Sindku l-ġdid u spegalu xogħol siewi li diġa’ għamlet l-RSBCA fosthom pressjoni biex jitneħħew wiring min mal-faccati, lift tal-barrakka u diversi proġetti oħra. 

    Is-Sur Fenech tkellem kif baqa’ ħafna xi jsir pero’ l-enforcement hija materja li għandha tiġi indirizzata malajr kemm jista’ jkun. Tkellem ukoll dwar il-bżonn ta' żieda ta' aktar street furniture, landscaping kif ukoll l-indafa ta' Triq ir-Repubblika. Huwa stqarr li hu minnu li t-turiżmu żdied pero’ mhux kollu huwa ta’ kwalità.

    Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit jinstab bilanċ bejn l-komunità kummerċjali u r-residenti tal-Belt. Is-Sindku nforma li huwa pro-business u li se jagħti l-appoġġ kollu possibli kif ukoll ser jitlob l-għajnuna tal-Gvern Ċentrali. 

    Is-Sur Zammit informa li l-Kunsill għandu proġett ta' parkeġġ li se jitkellem mad-Dipartiment tal-Artijiet biex dan il-progett jimmaterjalizza. Dan se jkun ta' benefiċċju żgur għal dawk kollha li se jżuru l-Belt, kif ukoll se jkun hemm inċentivi ta’ parkeġġ għar-residenti Beltin u l-familjari tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0