Il-Prim Ministru u l-kabinett jiddikjaraw l-assi

  • Ġun 20, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gvern iddikjara l-assi u d-dejn li kellhom il-ministri u s-segretarji parlamentari fis-sena 2018. Li ġejja hija dak li iddikjaraw li għandhom fi proprjetà, ishma jew investimenti, flus depożitati fil-banek, karigi u self li ma tħallasx sal-aħħar ta' Diċembru tal-imsemmija sena.

    Joseph Muscat 

    Proprjetà f'Burmarrad; €70,000 fil-banek; salarju ta' Prim Ministru; President Onorarju tas-Soċjeta Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun u €120,000 self fuq xogħlijiet fid-dar.

    Chris Fearne

    Proprjetà f'Ħal Tarxien u farmhouse f'Bir id-Deheb; investiment fl-ammonti ta' €37,500 mal-BOV u €279,000 f'bonds; €109,900 f'kont konġunt fil-bank u €70,220 fil-kont tal-mara u €66,900 dħul ta' ministru.

    Chris Cardona

    Proprjetà f'Birkirkara u l-Madliena; 25% sehem f'kumpanija; €135,000 depożitati fil-banek; €62,500 f'salarju ta' ministru u €10,000 minn kiri u €375,000 f'self.

    Evarist Bartolo

    Proprjetà li akkwistaha b'self; €9,043 depożitati mal-BOV u €15,291 mal-HSBC; €33,095 pensjoni tat-Tezor, €62,597 f'salarju ta' ministru, €5,001 f'pensjon tas-Sigurta Soċjali u €6,265 f'pensjoni tas-Sigurta Soċjali tal-mara.

    Edward Scicluna

    Proprjetà fin-Naxxar tiegħu u oħra fl-istess lokalita li nofsha tiegħu, 1,080 sehem fl-AEC Ltd u 20,000 sehem f'kumpanija li taqa' taħtha, partajm lekċerer fl-Universita, €62,979 fi dħul ta' salarju ta' ministru u €52,865 f'pensjonijiet, interessi u dividends.

    Konrad Mizzi

    Proprjetà f'Tas-Sliema u Londra, 4,000 sehem fl-MIA, €230,572 depożitati fil-banek, €62,978 f'salarju ta' ministru u €297,731 f'self.

    Michael Farrugia

    Proprjetà fin-Naxxar u San Ġiljan tiegħu, nofs proprjetà fin-Naxxar u f'Birżebbuġa u qabar fl-Addolorata; €116,620 fil-BOV u €159 fl-HSBC; President tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina – Banda Vittorja Naxxar; €62,978 f'salarju ta' ministru u €36,698 f'self.

    Owen Bonnici

    Proprjetà fil-Belt u nofs proprjetà fiż-Żejtun; €8,420 depożitati fil-banek; lekċerer fl-Universita; President Onorarju tal-klabb tar-regatta ta' Birżebbuġa, tal-Għaqda Banda Żejtun, tal-Orkestra tal-Laċċi taż-Żejtun u tal-King's Own tal-Belt; €61,979 salarju ta' ministru u €130,791 self.

    Josè Herrera

    Proprjetà f'Tas-Sliema, Ħal Lija u San Pawl il-Baħar, uffiċċju fil-Belt; €110,000 depożitati fl-HSBC, €165,000 fil-Banif, €2,000 fl-HSBC u €2,000 'cash in hand'; €62,978 f'salarju ta' ministru u €6,000 minn servizzi legali li kien ta fl-2011.

    Carmelo Abela

    Proprjetà fiż-Żejtun u Wied il-Għajn; 'securities holdings' ta' €9,670 f'ismu u €10,764 f'isem il-mara, 768 sehem tal-mara fil-BOV; €6,962 depożitati fl-HSBC, €6,463 fl-APS f'isem il-mara u €2,612 fl-HSBC f'isem martu wkoll; €62,597 salarju ta' ministru u €108,513 f'self.

    Ian Borg

    Proprjetà fir-Rabat u Ħad-Dingli, uffiċċju fir-Rabat u Ħad-Dingli, tomna raba’; €22,708 depożitati fil-banek, €62,978 f'salarju ta' ministru u €303,476 f'self.

    Justyne Caruana

    Proprjetà f'San Lawrenz, €118,288 depożitati fil-bank, €62,978 f'salarju ta' ministru u €32,063 f'self.

    Michael Falzon

    Proprjetà fl-Iklin, art agrikola fil-limiti tal-Baħrija; 4,000 sehem fil-Middle Sea Insurance u 11,370 fil-BOV; €600,000 depożitati fil-banek; membru tal-Kumitat tas-Soċjeta Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema u €63,051 f'salarju ta' ministru.

    Joe Mizzi

    Proprjetà fil-Kalkara, qabar tal-familja fl-Addolorata u sit fil-Kalkara fejn hemm garaxx; €13,237 investiti fil-BOV, €62,787 f'salarju ta' ministru, €5,993 f'pensjoni tas-sigurta soċjali, €33,435 mill-pensjoni tat-Teżor u €11,274 f'self mal-BOV.

    Helena Dalli

    Proprjetà f'Wied il-Għajn u Ħaż-Żabbar; 99% ishma fil-PADA Builders Limited; 50% fl-ELCAR Developments Limited u 50% fil-PR Company Limited, 100% ishma fil-PLI Dalli Limited, 50% fil-P&D Investments Limited, 33.3% fil-Parklands Limited, 33.3% fit-Tadar Limited, 50% fil-PD Construction Limited u 100% fil-PLI Limited (kumpaniji li qed jiġu likwidtati); €8,082 investiti fil-BOV u €38,242 fil-BOV; €62,597 f'salarju ta' ministru u €3,293 mill-Universita.

    Silvio Schembri

    Proprjetà f'Ħal Luqa; 11,200 sehem fl-MGS, 1,815 fil-BOV, 4% fil-Midi plc u 4,500 sehem; €11,000 depożiti fil-bank mal-mara, €19,000 tat-tfal u €57,000 tiegħu; salarju ta' €60,795 bħala segretarju parlamentari u €79,300 self fuq id-dar.

    Julia Farrugia Portelli

    Proprjetà fir-Rabat u f'Ħal Balzan; €53,198 depożitati fil-BOV; President Onorarju tal-klabb tal-futbol tal-Qrendi; €60,722 f'salarju ta' segretarju parlamentari u self ta' €312,165 f'self.

    Roderick Galdes 

    Proprjetà f'Ħal Qormi, Ħal Luqa u x-Xagħra, 'studio apartment' fl-Ingilterra, binja agrikola fi Sqallija, €23,830 depożitati fil-banek; €60,772 f'salarju ta' segretarju parlamentari u €265,955 f'self.

    Anthony Agius Decelis

    Proprjetà fil-Mosta, €70,000 depożitati mal-banek u €60,722 dħul bħala segretarju parlamentari.

    Chris Agius

    Proprjetà f'Bormla, €128,178 investiti fil-BOV, €60,722 f'salarju ta' segretarju parlamentari, €2,400 dħul minn kera, €5,720 dħul minn xogħol partajm tal-mara, self mal-BOV ta' €13,865 fuq karozza u ta' €2,100 fuq 'credit card'.

    Deo Debattista

    Proprjetà fil-Mosta, il-Mellieħa, Tas-Sliema u f'Ħ'Attard; €5,000 flus depożitati fil-BOV u €5,000 tal-mara fl-HSBC; €60,796 dħul bħala segretarju parlamentari u €50,000 self mal-BOV.

    Clifton Grima

    Proprjetà f'Birkirkara u f'San Ġiljan; €4,238 depożitati fil-banek; €60,414 salarju ta' segretarju parlamentari; €153,000 f'self fuq id-dar u €244,000 fuq proprjetà tal-familja.

    Aaron Farrugia

    Proprjetà fin-Naxxar; €40,000 depożitati fil-banek; salarju ta' €53,358 bħala segretarju parlamentari u ta' 'visiting lecturer' fl-Universita.

    Silvio Parnis

    Proprjetà f'Bormla, Ħal Tarxien, San Pawl il-Baħar u x-Xlendi, garaxx u uffiċċju f'Raħal Ġdid, €27,786 investiti mal-MSV Life u salarju ta' segretarju parlamentari ta' €60,740.

    Clint Camilleri

    Proprjetà fl-Imsida u f'Kerċem, porzjon raba fil-Qala u diversi sehem fi proprjetà fil-Qala, ix-Xewkija, Għajnsielem, in-Nadur u fl-Imsida tal-familja; ishma fil-Michael Grech Financial Investment, fl-HSBC u fil-Malta Government Bond Fund; €80,693 fl-HSBC u €83,013 fil-BOV; salarju ta' €60,722 bħala segretarju parlamentari u €8,400 minn kiri u €138,507 f'self mal-HSBC.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0