Tribute band tal-Modern Talking waqt l-80s and 90s Music Festival f’Ħal Kirkop b’risq Inspire

  • Ġun 20, 2019 14:25
  • Miktub minn iNews
"

     Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar ir-raba’ edizzjoni ta’ festival b’mużika tas-snin tmenin u disgħin li se jkun organizzat f’Ħal Kirkop mill-Għaqda Mużikali San Leonardu – Sezzjoni Żgħażagħ. Għal darb’oħra, il-festival se jittella’ b’risq il-Fondazzjoni Inspire.

    Waqt it-tnedija, il-Ministru Bonnici tkellem dwar l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti li jagħmlu l-kultura aktar aċċessibbli f’pajjiżna. “Grazzi għall-organizzazzjonijiet lokali, qegħdin inkomplu ninkoraġġixxu aktar parteċipazzjoni u inklussività fis-settur. L-istrateġija tagħna bħala Gvern hi niżguraw li nipprovdu kalendarju kulturali rikk lill-komunitajiet tagħna. B’dan il-mod qegħdin nressqu aktar festivals lejn il-lokalitajiet – xi ħaġa li qed issir aktar popolari kull sena – filwaqt li nagħtu l-appoġġ tagħna għall-avvanz ta’ aktar inizjattivi innovattivi bħal din,” kompla jgħid Bonnici li żied jirringrazzja wkoll lill-organizzaturi, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li dan il-festival se jsir għall-kawża ġusta.

    Għall-ewwel darba f’Malta, se jkunu qegħdin jiftħu l-ispettaklu Andre u Micha li huma tribute band tal-Modern Talking. Il-band jisimha Modern Talking Reloaded, u dawn l-artisti ilhom fix-xena mużikali u filfatt diġà kellhom bosta kunċerti madwar id-dinja.

    Il-Festival se jittella’ għada l-21 ta’ Ġunju fi Triq San Benedittu Ħal Kirkop bis-sehem ta’ DJs popolari Maltin, Alex Reflex Grech u Renato Vella li ser ikunu qegħdin idoqqu mużika mis-snin tmenin u disgħin rispettivament. 

    Filwaqt li dan il-festival huwa bla ħlas, kull donazzjoni lejn il-Fondazzjoni Inspire hija ferm apprezzata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0