Philippe 'Zdar' involut f'inċident traġiku f'Pariġi

  • Ġun 20, 2019 13:58
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ Philippe Cerboneschi magħruf ukoll bħala “Zdar” li miet f’Pariġi.

    Skont l-aġent tiegħu jidher li huwa miet wara inċident sfortunat. Huwa waqa’ minn għoli minn binja f’Pariġi. Huwa kien jifforma parti minn Cassius flimkien ma’ Hubert-Francard (aka Boom Bass) fl-1996.  Huma pproduċew għal bands bħalma huma Phoenix, Beastie Boys, Franz Ferdinand u MC Solaar.

    Il-vittma kellu madwar 50 sena u l-aħħar album ‘Dreems’ kellu jinħareġ il-Ġimgħa. S’issa il-Pulizija ma kkonfermatx dwar il-mewt tiegħu u qalet biss li tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet.

    Cerboneschi rebaħ il-Grammy Award fl-2010 bħala mixer u produttur għal ‘indie pop’ li kien ir-raba’ l-aktar album mibjugħ ta’ Phoenix.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0