Offerta attraenti għal Neymar minn Real Madrid

  • Ġun 20, 2019 13:45
  • Miktub minn iNews
"

    Real Madrid mistennija joffru €130 miljunkif ukoll lil Gareth Bale għall-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Neymar.

    L-ispekulazzjonijiet qed jiżdiedu fir-rigward tal-futur tal-internazzjonali Brażiljan hekk kif Neymar żvela li jixtieq iħalli l-Parc des Prince, dan is-sajf.

    Barcelona kienu f’taħdidiet avvanzati biex jerġgħu jiffirmaw lill-player ta’ 27 sena, li ħalla n-Nou Camp biex jingħaqad maċ-champions Franċiżi, sentejn ilu.

    Madankollu, iċ-champions Spanjoli ser jiffaċċjaw kompetizzjoni mingħand ir-rivali tagħhom Real Madrid fit-tentattiv li jiksbu l-firma tal-attakkant Brażiljan.

    L-aġent tal-player ta’ 29 sena ċahad il-possibbiltá ta’ ftehim b’self, li jħalli l-Parc des Prince bħala l-aktar destinazzjoni realistika għal Bale jekk irid jiffirma ma’ club fuq bażi permanenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0