Atalanta ser iżommu lil Robin Gosens

  • Ġun 20, 2019 13:10
  • Miktub minn iNews
"

    Atalanta rrifjutaw offerta li għamlu Schalke 04 għad-difensur xellugi tagħhom Robin Gosens. Dan il-plejer għandu 24 sena u spikka ferm fl-istaġun brillanti li kellhom il-Bergamaschi li spiċċaw fit-tielet post u b’hekk ser jikkompetu għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League. It-team mill-Bundesliga ippreżenta offerta interessanti għall-plejer Ġermaniż iżda l-coach Giampiero Gasperini mal-ewwel qal le għal din il-proposta.

    Gosens ingħaqad ma’ Atalanta fis-sena 2017 mingħand Heracles Almelo. Huwa lagħab 49 partita u skorja erba’ gowls. Hu kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder u huwa kkunsidrat bħala plejer ferm versatili. Fil-passat Gosens lagħab ukoll ma’ Vitesse Arnhem.

    Intant Atalanta qed ikomplu bit-taħditiet tagħhom sabiex isaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jaqtgħu figura tajba fil-fażi tal-gruppi tal-ogħla kompetizzjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0