Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fl-Imsida

  • Ġun 20, 2019 13:01
  • Miktub minn iNews
"

    Taljana ta’ 81 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq ix-Xatt, l-Imsida.

    Kien għall-ħabta tal-10.50 a.m. x’ħin l-anzjana sfat milquta minn vettura tat-tip Mitsubishi L200 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti r-Rabat.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0