AĠĠORNTA: “Din x’kelma hi fieq? Mela l-awtiżmu xi marda?” - titkellem omm tifel b’awtiżmu

  • Ġun 20, 2019 12:39
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    AĠĠORNATA: Intant f’kummenti li kitbet il-preżentatriċi tal-programm qalet li wieħed għandu jiffoka fuq Alla u li wieħed għandu jaċċettah fil-ħajja tiegħu. Hija żiedet tgħid, “Allura meta jien ngħid li Alla fejjaqni mid-dnub għax jien kont marida? Jew jekk fejjaqni mid-dipressjoni, din mhux kundizzjoni wkoll? Jien xorta ngħid li Ġesù fejjaqni minnhom.”

    Għal dan il-kumment bosta kienu dawk l-ommijiet li ħassewhom urtati u sostnew li t-tfal tagħhom marru aħjar permezz tat-terapija li ħadu. B’ton imweġġa’ huma staqsew, “Għaliex Alla fejjaq lil dak it-tifel u mhux lil tiegħi? Dan kollu m’għandux x’jaqsam ma’ Alla u r-reliġjon.”

    L-Assoċjazzjoni Ġenituri ta’ tfal bl-Awtiżmu (APA) sostnew li ġew insultati bil-feature li ntwera fuq dan il-programm u  spjegat li l-awtiżmu hija kundizzjoni li tibqa’ tul il-ħajja u mhux kif deskritta fil-programm.

    L-istess Assoċjazzjoni qalet li ħadd li ppermetta li programm bħal dan jiġi mxandar ma għandu ħarsa jew ħjiel dwar x’inhi d-definizzjoni vera tal-awtiżmu u t-tbatijiet kollha li l-ġenituri jgħaddu meta t-tfal tagħhom jiġu dijanjostikati. Huma qed jissuġġerixxu biex min għamel il-programm jiskuża ruħu għall-mijiet ta’ familji li ġew offiżi minn dan il-programm.

    Wieħed jista’ jara dan il-vidjow fuq Youtube bl-isem ta’ “How One Prayer Healed Autism”

    Preżentatriċi: bis-saħħa tat-talb u l-fidi f’Alla l-mirakli għadhom isiru

    Għamilna kuntatt mal-preżentatriċi ta’ dan il-programm, Phyllisienne Brincat, fejn spjegat li ippostjajt fuq x’hiex se jkun il-programm bħalma tagħmel kull ġimgħa u din id-darba qalet li fil-programm uriet feature dwar testimonjanza ta’ koppja li għandhom tifel bl-awtiżmu li bit-talb fieq minnha. 

    Il-preżentatriċi qalet li kulma riedet tfisser huwa li bis-saħħa tat-talb u l-fidi t’Alla l-mirakli għadhom isiru. Hija qalet ukoll li wara dan il-post kulħadd bħal donnu dar kontriha u enfasizzaw li l-awtiżmu mhix marda. “Jien naf li mhix marda u weġibthom li naf li hija kundizzjoni imma kull miraklu, jkun xi jkun, għalija hu fejqan. Sew jekk Ġesù miet għalija għax kont midinba u l-prezz ħallsu Hu fuq is-salib, u kemm jekk fejjaqni mid-dipressjoni li mhix marda.”

    Brincat żiedet tgħid li kulma riedet kien li xxandar il-pożittiv u turi li hemm mezz ieħor. “Jien ridt nagħti Glorja ‘l Alla għax nemmen li fejn ma jasalx il-bniedem, bil-fidi fiH, jasal Hu… u minflokk ħaduha kontrija. Sa qalu anke li nagħmel dan il-programm biex nidher.”

    Hija sostniet li m’għandiex bżonn ta’ programmi bħal dawn biex tidher għax “jien għalija kif nidher quddiem Alla jgħodd għalija u mhux quddiem il-bnedmin. Tipprova tagħmel il-ġid u jiswielek id-deni. Jien dan kollu ppreparata għalih għax Ġesù avża lid-dixxipli tiegħu u jien waħda minnhom, li d-dinja tobgħodu u għalhekk lili se jiġrili l-istess. Jien qaddejja Tiegħu u nagħmel dak li jgħidli nagħmel jiġifieri li niżra l-kelma Tiegħu. Issa fejn taqa’ mhix biċċa tiegħi imma Tiegħu.”

    Brincat żiedet tgħid li ma tafx għalfejn in-nies ħaduha kontriha għax hi stess tgħallem il-kant lil tfal bl-awtiżmu u tirreferi għalihom bħala “l-mimmi t’għajnejja.” Hija qalet li lil dawn it-tfal, “bl-għajnuna t’Alla rrid noħroġ dak li għandhom ġo fihom biex nagħmilhom stilel.”

    AKTAR QABEL: Sefora Tabone, omm tifel li jismu Diego u li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu, tispjega li l-awtiżmu hija kundizzjoni u mhux marda. Hija qalet dan wara li ingħad li fi programm televiżiv lokali kien hemm feature ta’ tifel li fieq mill-awtiżmu.

    Sefora qaltilna, “iktar ma’ l-ġenituri jkunu għaddejjin minn żmien ikrah u sensittiv iktar tippruvaw timlew imħuħ in-nies b’dan il-ħafna kliem. Jiġifieri skont int l-eluf ta’ flus li nonfqu f’terapiji għal uliedna huma għal xejn? Uliedna kollha ulied nies midinba la għandhom jgħixu bil-kundizzjoni. Din x’kelma hi ‘fieq’? Mela l-awtiżmu xi marda?”

    Hija żiedet tgħid li hemm ħafna ġenituri li għaddejjin minn żmien ikrah ħafna u jippruvaw minn kollox biex jaraw lil uliedhom ġejjin għall-aħjar u li “dawn il-ħafna ideat rigward dnub u mhux dnub ħlief ħsara ma jagħmlux.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0