In-nuqqas ta’ fiduċja fit-tilqim qed “joħloq kriżi globali”

  • Ġun 20, 2019 12:15
  • Miktub minn iNews
"

    In-nuqqas ta’ fiduċja tan-nies madwar id-dinja dwar it-tilqim kontra l-mard  qiegħ­ed iwassal biex jintilef ħafna mill-progress li sar kontra mard infettiv. Dan qaluh esperti ta’ Wellcome Tr­ust. 

    Studju dinji li sar dwar il-fiduċja fit-tilqim, li huwa l-ikbar wieħed tax-xorta tie­għu li qatt sar, qiegħed juri li għadd ta’ reġjuni ma tantx għandhom fiduċja fit-tilqim.

    L-analiżi ta’ Wellcome Tr­ust tinkludi tweġibiet ta’ mad­war 140,000 persuna ġejjin minn 140 pajjiż diffe­renti. Apparti hekk, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tidher li hija mħassba wkoll dwar is-sitwazzjoni tant li tqis n-nuqqas ta’ fiduċja fil-vaċ­ċinazz­joni bħala waħda mill-ik­tar għaxar theddidiet kbar għas-saħħa globali. 

    Teżisti evidenza xjentifika b’saħħitha ħafna li turi li l-vaċċinazzjoni hija l-aqwa difiża kontra mard infettiv li jista’ jkun qattiel jew debilitanti bħal ngħidu aħna l-ħosba. 

    Il-vaċċini jipproteġu biljuni ta’ persuni madwar id-dinja u kienu strumentali biex ġabu l-qerda totali ta’ mard bħalma hu s-smallpox u jinsabu qrib ħafna biex jelimi­naw mard ieħor perikoluż bħalma hu l-polio. Iżda ġara li għadd ta’ mard ieħor, bħalma hi l-ħosba, qed jerġa’ jgħolli rasu u skont l-esperti dan qiegħed isir minħabba li għadd ta’ persuni qed jagħżlu li jevitaw it-tilqim. Aktarx dawn in-nies jinsabu mbeżżgħa min­ħabba miżinformazzjoni li hemm dwar it-tilqim.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0