Iffirmat ftehim bejn MAPFRE Middlesea u MUB li joffri aktar flessibilità għall-impjegati

  • Ġun 20, 2019 11:51
  • Miktub minn iNews
"

    Fil-bidu ta’ din is-sena, kienu mġedda t-termini u kundizzjonijiet għall-impjegati kollha ta’ MAPFRE Middlesea, permezz ta’ ftehim kollettiv iffirmat bejn l-istess kumpanija u l-MUBE. Dan il-ftehim ġie effettiv minn Jannar 2019.

    L-Għan ta’ dan il-ftehim ġdid hu li jwassal għal aktar flessibilità, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u li jintroduċi benefiċċji fuq il-post ta’ xogħol. F’dan ir-rigward, numru ta’ benefiċċji ġodda kienu introdotti jew imtejba b’mod sinifikanti minn Frar ta’ din is-sena.

    Il-Kap Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani, Ines Silva, qalet li matul dan l-aħħar snin, il-kumpanija ħadmet favur din id-direzzjoni ġdida, li toffri post tax-xogħol aktar flessibli, kollaborattiv u trasparenti. L-uffiċċji ukoll kienu irranġati b’mod li joffri spazju aktar miftuħ. L-impjegati ingħataw aktar flessibilità f’termini ta’ ħinijiet tax-xogħol, dejjem skond il-ħtieġa tan-negozju. Barra minn hekk, MAPFRE Middlesea ħadmet fuq teknoloġija li toffri il-possibilta ta’ xogħol remot. “Aħna nafu li l-aktar ħaġa importanti m’għandix tkun il-preżenza attwali tal-impjegat iżda l-impenn, il-fiduċja u r-responsabbiltà, dawn huma importanti għar-riżultati tagħna,” hi qalet.

    Matul dan l-aħħar snin, il-kumpanija daħlet fis-seħħ bidliet li issa huma ukoll riflessi fil-ftehim kollettiv ġdid. Dan jinkludi l-estensjoni tal-leave tal-maternità (16-il ġimgħa) kif ukoll dak tal-paternità (10 ijiem tax-xogħol). Barra min hekk, ommijiet friski jitħallew jaħdmu ħinijiet imnaqqsa, b’minimu ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa għal perjodu ta’ sena wara 6 xhur mit-twelid tat-tarbija tagħhom, filwaqt li dawn jżommu l-paga sħiħa tagħhom. Ġew introdotti wkoll inizjattivi għal impjegati anzjani.

    Minbarra l-ħinijiet flessibli, li ġew fis-seħħ fi Frar tal-2018, il-Kumpanija introduċiet ukoll 

    ħinijiet tas-sajf ġodda. Fl-24 u 31 ta’ Diċembru, l-kumpanija tagħlaq wara nofsinhar biex tippermetti l-impjegati jgawdu l-festi mal-familji tagħhom. Barra minn hekk, impjegati li għandhom tfal sa 13 -il sena, jistgħu jużaw sick leave meta tfal tagħhom ikunu morda, sa limitu ta’ 30 jum fis-sena. 

    Barra minn dawn il-mużuri, MAPFRE Middlesea żiedet ukoll il-kopertura fuq assigurazzjoni tas-saħħa għall-impjegati kollha, waqt li introduċiet pjan tal-pensjonijiet, allowance għat-trasport kif ukoll ftehim ma’ faċilitajiet ta’ parkeġġ madwar il-Furjana.

    Dawn il-miżuri ġew fis-seħħ grazzi għal MUBE, li tirrapreżenta l-impjegati ta’ MAPFRE Middlesea, li ħadmet flimkien mal-kumpanija biex b’hekk taċċerta proċess ibbażat fuq fiduċja u mmexxi mir-riżultati.

    Il-President tal- MUBE, William Portelli, qal li permezz ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet, MAPFRE Middlesea se tkompli tgawdi ambjent tax-xogħol b’saħħtu, li joffru bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik apparti lil impjegati tagħha. Hu qal li l-MUBE ser tkompli bil-viżjoni tagħha biex tikkollabora bis-sħiħ biex dejjem ikun hemm titjieb, speċjalment fir-rigward ta’  flessibilità permezz tat-teknoloġija. 

    Il-Kap Eżekuttiv Felipe Navarro, il-Kap tar-Riżorsi Umani Ines Silva u l-President tal- MUBE William Portelli irringrazzjaw lit-timijiet rispettivi li ħadmu biex il-ftehim kien milħuq u iffirmat f’Għawdex, fl-24 ta’ Mejju 2019.

    MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju  fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni,  Kap 403 tal- Liġijiet ta’ Malta. MAPFRE Middlesea p.l.c hija regolata mill-MFSA. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0