“Missieri ma kienx baqa' jagħrafni iżda dejjem kellu post speċjali f'qalbi“

  • Ġun 20, 2019 10:24
  • Miktub minn Brian Gatt
"

    Tħabbret il-mewt ta' John Azzopardi fl-età ta' 84 sena li jiġi missier Antoine Azzopardi, il-kok tant maħbub li bit-tbissima tiegħu ħoloq reputazzjoni tajba ma' diversi klijenti li jżuru r-ristorant tiegħu fl-Imġarr.

    Antoine, magħruf aħjar bħala ċ-Ċavett mhux l-ewwel darba li tkellem dwar l-imħabba tiegħu lejn il-ġenituri u appella liż-żgħażagħ biex ma jitilfux iċ-ċans li jgawduhom għax għada ħadd ma jafu u jaf jum ġdid ikun ifisser rimors qawwi għal ħajtek.

    Missier iċ-Ċavett magħruf aħjar bħala Ġanni, kien ilu xi snin rikoverat f'dar tal-anzjani u l-akbar weġgħa ta' Antoine kienet li minħabba l-kundizzjoni li kienet żviluppat fl-aħħar snin, missieru qatt ma seta' jagħraf is-suċċessi kollha tiegħu. Kif kien qalilna f'intervista mal-ftuħ tiegħu fl-Imġarr minn daqsxejn ta' tifel dilettant tal-kċina spiċċa fetaħ ir-ristorant tiegħu fl-istess lokalità li kien beda jgħin lil zijuh fih.

    F'intervista ma' inewsmalta li kienet saret xi jiem qabel il-ftuħ uffiċjali tar-ristorant tiegħu huwa kien qalilna li minkejja l-impenji kollha tiegħu, anke jekk missieru lanqas kien baqa' jagħrfu minħabba kundizzjoni ta' saħħa, hu qatt ma naqas milli jiddedika dawk il-ftit minuti biex iżuru u jqatta' xi ħin miegħu. 

    F'kitbiet riċenti Antoine kiteb li minkejja li qatt ma wasal biex jitolbu affarijiet materjali għax kien jiddejjaq jiddependi minn missieru, l-istess Ġanni kien tah l-akbar ħaġa li seta' jagħti, il-valuri tal-ħajja li baqa' jaqsam mal-ħbieb tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0