Investiment ta’ €300,000 li se jissarraf f’ħafna benefiċċji għall-komunità taż-Żejtun

  • Ġun 20, 2019 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    “Proġett ieħor għall-komunità. Proġett ieħor ippjanat u implimentat. Proġett ieħor imwassal għall-ġid tal-komunità Żejtunija, komunità li dan il-gvern wiegħed li se terġa’ tibda tara u tħoss il-benefiċċji tal-ħidma ta’ amministrazzjoni li jimpurtaha minn kull parti tal-pajjiż”, qal il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg waqt li kien qed jinawgura l-proġett infrastrutturali fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun li twettaq mill-Ministeru b’investiment ta’ €300,000. 

    Il-Ministru Borg faħħar lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura li wettaq dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni fi żmien qasir ta’ sitt xhur u qal li dan ma kienx xi proġett faċli hekk kif kien jinvolvi ħafna xogħol - minn tneħħija ta’ materjali antiki sa tisħiħ tal-qiegħ, pavimentar ġdid, restawr u għamara u tagħmir ġdid bħal dwal. Semma wkoll il-water feature ġdida li saret biex tfakkar fl-għajn li kienet tinsab fl-istess post fil-passat. Iddeskriva dan il-post bħala essenzjali fejn il-komunità tiltaqa’ ta’ kuljum u fejn bosta għaqdiet jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

    “Hawnhekk rajna ħidma sfiqa u dedikata, ħidma ta’ gvern li jimpurtah u li jrid iwassal il-benefiċċji għand in-nies, l-istess gvern li wasal biex għamel l-intervent tant importanti fuq it-Triq taċ-Ċawsli li llum qed tintuża kemm minn vetturi kif ukoll minn bosta membri tal-komunità għall-mixi. U se nkomplu bil-ħidma tagħna – ħidma infrastrutturali, ħidma soċjali. Din hija ħidma li tħares lejn infrastruttura aħjar mhux biss għat-toroq residenzjali u prinċipali tagħna, fejn iż-Żejtun ukoll qed igawdi mill-investiment, iżda fi spazji miftuħa bħalma qed naraw illum. L-ewwel prijorità tibqa’ dejjem il-kwalità tal-ħajja li jgħixu l-komunitajiet – il-bżonnijiet tal-familji, tat-tfal, tal-għaqdiet, tal-anzjani, b’ħidma id f’id mal-kunsilli lokali tagħna. Il-ħidma tagħna għadha biss fil-bidu, u se tkompli għalikom mingħajr waqfien,” għalaq Ian Borg. 

    Min-naħa tagħha, is-Sindku taż-Żejtun Doris Abela qalet, “Dan huwa proġett ieħor minn kullana ta’ proġetti mmirati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tar residenti tagħna. Minbarra li se jkun jista’ jitgawda mill-komunità Żejtunija, qed ukoll jikkumplimenta d-dehra maestuża tal-knisja tagħna magħrufa bħala l-Katidral tal-Lvant. Aħna grati lejn din il-ħidma sfiqa mill-gvern u mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali biex inkomplu nimxu ‘l quddiem”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0