Nazzjonalisti jgħidu li “vapur b'żewġ kaptani ma jimxix”... oħrajn jiddeskrivu ċertu deputati “sriep”, “tuffieħ imħassar”, “Ġudas” u “lpup”

  • Ġun 20, 2019 09:10
  • Miktub minn iNews
"

    Mhux l-uffiċjali għolja fi ħdan il-PN biss għaddejjin bil-ġlied bejniethom imma anke Nazzjonalisti bejniethom li fuq Facebook komplew jgħaddu kummenti u botti lil xulxin.

    Fil-ġimgħa li rat ir-riżenja ta' Pierre Portelli mit-tmexxija tal-media tal-partit u battibekki jaħarqu fil-Kumitat Eżekuttiv u fil-Grupp Parlamentari, fuq il-mezzi soċjali kompliet toħroġ biċ-ċar il-qasma bejn dawk li jappoġġjaw lill-Kap Adrian Delia u dawk li għadhom leali lejn l-eks-Kap Simon Busuttil.

    L-aġġettivi li ntużaw minn dawk favur Delia kontra dawk li f'għajnejhom qed jagħmlulu l-bsaten fir-roti kienu jinkludu frażijiet bħal “sriep”, “tuffieħ imħassar”, “ġudas” u “lpup”.

    Uħud min-Nazzjonalisti għamluha ċara li l-PN ma jistax jibqa' sejjer kif inhu u f'turija ċara ta' kemm il-partit mifrud fi tnejn kien hemm min iddikjara li “vapur b'żewġ kaptani ma jimxiex”.

    Partitarji li huma favur il-kap attwali fakkru li kien Busuttil li iddeċieda li l-ħatra tas-suċċessur tiġi deċiża b'vot mit-tesserati u għalhekk saħqu li kellha tiġi rispettata r-rieda tal-poplu.

    Min-naħa l-oħra, dawk kontra Delia nsistew li bih fit-tmexxija l-partit m'għandux ċans jimxi 'l quddiem u kien hemm min talab ukoll għar-riżenja tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u tal-koppja Kristy u Jean Pierre Debono.

    Portelli jiftħilha kontra Aquilina

    Sadanittant Pierre Portelli u Karol Aquilina komplew bil-botti u risposti lejn xulxin wara li l-eks-Sindku tas-Siġġiewi akkużah li kien ħabib tas-sid tal-kumpanija 17 Black.

    Portelli rrispondih billi, fost oħrajn, akkuża lil Aquilina li meta kien President tal-Kunsill Amministrattiv il-PN inqabad jieħu flejjes minn kuntraturi u sostna li l-partit għadu sal-lum jissielet biex inaddaf ismu quddiem il-Kummissjoni Elettorali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0