Tonqos ‘is-saħħa’ tal-grupp ta’ Deputati li qed jopponu lil Delia

  • Ġun 20, 2019 08:43
  • Miktub minn iNews
"

    F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret nhar it-Tlieta, liema laqgħa  damet għaddejja aktar minn ħames sigħat, spikka l-fatt li l-grupp ta’ deputati Nazzjonalisti li kienu qed jopponu lill-Kap Adrian Delia flok issaħħaħ spiċċa naqqas mis-saħħa tiegħu.  

    Fil-fatt waqt li sa ftit xhur ilu kien qed jissemma li kien hemm madwar 13-il deputat li huma kontra Adrian Delia u dan minn grupp Parlamentari ta’ 27 deputat, issa minn din l-aħħar laqgħa tal-grupp Parlamentari deher biċ-ċar li dawk li qed jopponu lil Adrian Delia jammontaw għal 11-il deputat. 

    Fil-laqgħa tal-grupp Parlamentari kif kien mistenni tqajmet il-kwistjoni dwar jekk il-Kap Adrian Delia għandu jirriżenja, fejn din jidher li kienet appoġġjata minn sejħa oħra biex għall-inqas jitlob vot ta’ fiduċja.

    Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista, qalulna li Delia ‘xejjen’ għal kollox dawn it-talbiet.  L-istess sorsi qalulna li l-argument ta’ Adrian Delia u dawk li kienu qed jappoġġjawh kien dak li hu qed jerfa’ responsabbiltà billi mhux ‘idabbar rasu’ imma billi jibqa’ jmexxi. 

    Attivist li tkellem ma’ inewsmalta qalilna li “llum nafu min huma dawk li qed jopponu. Nafu min huma dawk li qed joħolqu dan l-inkwiet kollu. Nemmnu li n-Nazzjonalisti għadhom iżommu dan f’moħħhom għal meta jkun il-waqt.”

    L-istess attivist qalilna li “min ried jisfida lil Kap kellu ċ-ċans kollu biex iressaq mozzjoni jew jitlob vot. Dan ma sarx. Dejjem ġie evitat. Sar dan għal raġuni sempliċi ħafna  - dik li l-Kap għadu maġġoranza ta’ deputati warajh. Illum nafu li minkejja t-telfiet li ġarrab il-Partit Nazzjonalista, f’dawk li huma deputati Delia ma naqqasx mill-appoġġ, anzi żiedu.”

    Intant wara l-laqgħa fil-preżenza ta’ għadd ta’ deputati li qed jappoġġjawh, Adrian Delia iddikjara li tpoġġew il-pedamenti biex il-bidliet meħtieġa, fosthom bidliet anki radikali, isiru. Dan se jkun qed isir biex il-Partit Nazzjonalista iħares ‘il quddiem.

    Adrian Delia qal ukoll li l-Grupp Parlamentari “hu wieħed u kull min jitkellem kontra Deputat tal-Grupp Parlamentari tiegħi, ikun qed jitkellem kontra tiegħu u kontra l-Partit Nazzjonalista.”  

    Din l-aħħar dikjarazzjoni qed tiġi interpretata bħala botta ċara għal ċertu deputati fosthom Jason Azzopardi li spiċċa jużaw il-midja soċjali u jagħmlu dikarazzjoni li jkunu f’kunflit ma’ dak li jkun intqal mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0