Trump iniedi l-kampanja biex jiġi elett mill-ġdid bħala President … Jgħid li d-Demokratiċi jridu jeqirdu l-pajjiż

  • Ġun 19, 2019 11:11
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President Amerikan Donald Trump nieda l-kampanja presidenzjali hekk kif qed jerġa’ jfittex li jkun elett għal tieni terminu. Quddiem folla ta’ 20,000 persuna huwa saħaq li l-ekonomija Amerikana hija l-għira tad-dinja. Dan filwaqt li wissa li l-Oppożizzjoni Demokratika trid “teqred” lill-pajjiż.

    Waqt l-attività politika fi florida, Trump qal li “għamilna terremot fil-kaxxa tal-vot. Issa nerġgħu nagħmluha mill-ġdid u din id-darba nlestu x-xogħol kollu.”

    “L-ekonomija tagħna hija l-għira tad-dinja,” żied jgħid Trump, li qed jittama li ż-żieda fl-impjiegi se tgħinu jirbaħ it-tieni terminu tiegħu bħala president.

    “Għalhekk li ninsab quddiemkom biex inniedi uffiċjalment l-kampanja tiegħi biex nerġa’ niġi elett bħala President tal-Istati Uniti.”

    Trump ripetutament anke beda jinkoraġġixxi lill-folla preżenti biex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom fil-konfront tal-ġurnalisti li kienu preżenti, fejn anke beda jsejħilhom “fake news”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0