Stennija għat-tħabbir tal-lista ta' suspettati b'rabta mat-tiġrif tat-titjira MH17 li ħalliet 298 vittma

  • Ġun 19, 2019 09:59
  • Miktub minn iNews
"

    Investigaturi internazzjonali illum mistennijin li jressqu akkużi fil-konfront ta’ diversi suspettati b’rabta mat-tiġrif tat-titjira MH17 fuq il-Lvant tal-Ukrajna ħames snin ilu, f’liema inċident inqatlu t-298 persuna li kienu abbord.

    It-tim ta’ investigaturi saħqu li l-ewwel kienu se jinformaw lill-familji tal-vittmi, imbagħad iħabbru l-iżviluppi fl-investigazzjoni kriminali waqt konferenza tal-aħbarijiet.

    L-iżviluppi fl-investigazzjoni se jkunu qed jitħabbru wara kważi sena mindu l-investigaturi qalu li l-missila tat-tip BUK li laqtet lill-ajruplan kienet oriġinat minn brigada militari Russa bbażata fil-belt ta’ Kursk.

    It-titjira tal-linja tal-ajru ta’ Malaysia airlines kienet qed tivvjaġġa minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur.

    Id-deputat ministru Ukren għall-affarijiet barranin, Olena Zerkal, f’kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet Interfax qalet li erba’ persuni kienu se jiġu akkużati dwar it-tiġrif tat-titjira, fosthom uffiċjali għoljin fi ħdan l-armata Russa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0